2. L-ammont ta’ tariffa individwali għandu jkun proporzjonat mal-fatturat nett annwali tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ikkonċernat.
Sat-2 ta’ Jannar 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 47 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tispeċifika t-tip ta’ tariffi, il-kwistjonijiet li għalihom huma dovuti t-tariffi, l-ammont tat-tariffi u l-ġustifikazzjoni rispettiva, il-mod li bih għandhom jitħallsu u, fejn applikabbli, il-mod li bih l-ESMA għandha tirrimborża lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ kwalunkwe kost li jistgħu jġarrbu fit-twettiq tal-kompiti skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari bħala riżultat ta’ kwalunkwe delega tal-kompiti kif imsemmi fl-Artikolu 43. Dawk l-atti delegati għandhom jistabbilixxu tariffi li jkunu proporzjonati u xierqa għad-daqs tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG u sal-punt tas-superviżjoni tagħhom, b’mod partikolari meta jiġu kkategorizzati bħala fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG żgħar.