+Artikolu 43 Delega tal-kompiti mill-ESMA lill-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 43 1
---+Artikolu 43 2
---+Artikolu 43 3
---+Artikolu 43 4
---+Artikolu 43 5

Artikolu 43 Delega tal-kompiti mill-ESMA lill-awtoritajiet kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 43 1

1.   Fejn meħtieġ għat-twettiq xieraq ta’ kompitu superviżorju, l-ESMA tista’ tiddelega l-kompiti superviżorji li ġejjin lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru f’konformità mal-linji gwida maħruġa mill-ESMA skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010:

(a)

is-setgħa li titlob informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

is-setgħa li twettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f’konformità mal-Artikoli 33 u 34 ta’ dan r-Regolament;

Artikolu 43 2

2.   Qabel id-delega ta’ kompitu f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tikkonsulta mal-awtorità kompetenti rilevanti dwar:

(a)

il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompitu li għandu jiġi ddelegat;

(b)

l-iskeda ta’ żmien għat-twettiq tal-kompitu; u

(c)

it-trażmissjoni tal-informazzjoni meħtieġa mill-ESMA u lilha.

Artikolu 43 3

3.   L-ESMA għandha tirrimborża lil awtorità kompetenti rilevanti għall-kostijiet imġarrba b’riżultat tat-twettiq tal-kompiti ddelegati. L-ispejjeż li għandhom jitħallsu lura għandhom jikkonsistu fl-ispejjeż fissi kollha kif ukoll fl-ispejjeż varjabbli kollha relatati mat-twettiq tal-kompiti delegati jew mal-assistenza mogħtija mill-awtorità kompetenti lill-ESMA.

Artikolu 43 4

4.   L-ESMA għandha tirrieżamina kwalunkwe delega li ssir f’konformità mal-paragrafu 1 f’intervalli xierqa. L-ESMA tista’ tirrevoka delega fi kwalunkwe ħin.

Artikolu 43 5

5.   Delega tal-kompiti la għandha taffettwa r-responsabbiltà tal-ESMA u lanqas tillimita l-kapaċità tal-ESMA li twettaq u tissorvelja l-attività ddelegata. L-ESMA ma għandhiex tiddelega r-responsabbiltajiet superviżorji, inklużi d-deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni, il-valutazzjonijiet finali u d-deċiżjonijiet ta’ segwitu dwar il-ksur.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.