1. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG li kienu joperaw fl-Unjoni fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jinnotifikaw lill-ESMA sat-2 ta’ Awwissu 2026 jekk ikunu jixtiequ jkomplu joperaw fl-Unjoni u japplikaw għal awtorizzazzjoni jew rikonoxximent f’konformità mat-Titolu II. F’dak il-każ, huma għandhom japplikaw għall-awtorizzazzjoni jew rikonoxximent fi żmien erba’ xhur mit-2 ta’ Lulju 2026. Fin-nuqqas ta’ tali applikazzjoni lill-ESMA f’ dak iż-żmien ta’ erba’ xhur, huma għandhom iwaqqfu l-attivitajiet tagħhom.