+Artikolu 52 Rieżami
---+Artikolu 52 1
---+Artikolu 52 2
---+Artikolu 52 3
|
Artikolu 52 Rieżami
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 52 1
|
1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sat-2 ta’ Jannar 2029.
|
|
Artikolu 52 2
|
2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Meta twettaq l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis l-iżviluppi tas-suq u l-evidenza rilevanti għad-dispożizzjoni tagħha. Ir-rapport għandu b’mod partikolari jivvaluta dan li ġej:
|
(a)
|
l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq it-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, fuq in-nuqqas tal-investimenti meħtieġa biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-Unjoni kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119, u fuq l-orjentament mill-ġdid tal-flussi tal-kapital privat lejn investimenti sostenibbli;
|
|
(b)
|
l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq l-istruttura tas-suq, inkluża l-evoluzzjoni tal-għadd u tad-diversità tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG;
|
|
(c)
|
jekk il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament huwiex xieraq biex jintlaħqu l-objettivi tiegħu f’konformità mal-Artikolu 1, inkluż jekk il-fornituri ta’ prodotti tad-data dwar id-drittijiet ambjentali, soċjali u tal-bniedem, u dwar il-fatturi ta’ governanza għandhomx jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
|
|
(d)
|
l-adegwatezza tar-rekwiżiti għall-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti barra mill-Unjoni biex joperaw fl-Unjoni;
|
|
(e)
|
il-funzjonament tas-suq tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG fl-Unjoni, inklużi kunflitt ta’ interess potenzjali, u s-superviżjoni tiegħu mill-ESMA;
|
|
(f)
|
jekk dan ir-Regolament, inkluż il-prinċipju tan-noninterferenza msemmi fl-Artikolu 28, ikkontribwewx għat-titjib tal-kwalità u l-affidabbiltà tal-klassifikazzjonijiet ESG u naqqsux l-użu ta’ klassifikazzjonijiet ESG qarrieqa.
|
|
|
Artikolu 52 3
|
3. Fejn il-Kummissjoni ssib li jkun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għall-emenda tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|