|
+Artikolu 6 2. |
Artikolu 6 2.L-issodisfar tal-obbligi ta’ diliġenza dovuta stipulati fl-Artikoli 7 sa 16 minn kumpanija omm f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
is-sussidjarja u l-kumpanija omm jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni kollha meħtieġa u jikkooperaw biex jissodisfaw l-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva;
(b)
is-sussidjarja tirrispetta l-politika ta’ diliġenza dovuta tal-kumpanija omm tagħha adattata kif xieraq biex tiżgura li l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 7(1) jiġu ssodisfati fir-rigward tas-sussidjarja;
(c)
is-sussidjarja tintegra d-diliġenza dovuta fil-politiki u fis-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju kollha tagħha f’konformità mal-Artikolu 7, filwaqt li tiddeskrivi b’mod ċar liema obbligi jridu jiġu ssodisfati mill-kumpanija omm, u, meta meħtieġ, lill-partijiet ikkonċernati rilevanti tinformahom dwar dan;
(d)
meta meħtieġ, is-sussidjarja tkompli tieħu miżuri xierqa f’konformità mal-Artikoli 10 u 11 u biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 12 u 13;
(e)
fejn rilevanti, is-sussidjarja tfittex assigurazzjonijiet kuntrattwali minn sieħeb kummerċjali dirett f’konformità mal-Artikolu 10(2), il-punt (b), jew mal-Artikolu 11(3), il-punt (c), tfittex assigurazzjonijiet kuntrattwali minn sieħeb kummerċjali indirett f’konformità mal-Artikolu 10(4) jew mal-Artikolu 11(5) u tissospendi r-relazzjoni kummerċjali f’konformità mal-Artikolu 10(6) jew mal-Artikolu 11(7). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|