+Artikolu 6 Appoġġ għad-diliġenza dovuta fil-livell ta’ grupp
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.

Artikolu 6 Appoġġ għad-diliġenza dovuta fil-livell ta’ grupp

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji omm li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 16 f’isem kumpaniji li jkunu sussidjarji ta’ dawk il-kumpaniji omm u li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, jekk dan jiżgura konformità effettiva. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-fatt li tali sussidjarji jkunu soġġetti għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-awtorità superviżorja f’konformità mal-Artikolu 25 u għar-responsabbiltà ċivili tagħhom f’konformità mal-Artikolu 29.
Artikolu 6 2.

L-issodisfar tal-obbligi ta’ diliġenza dovuta stipulati fl-Artikoli 7 sa 16 minn kumpanija omm f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

is-sussidjarja u l-kumpanija omm jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni kollha meħtieġa u jikkooperaw biex jissodisfaw l-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva;

(b) 

is-sussidjarja tirrispetta l-politika ta’ diliġenza dovuta tal-kumpanija omm tagħha adattata kif xieraq biex tiżgura li l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 7(1) jiġu ssodisfati fir-rigward tas-sussidjarja;

(c) 

is-sussidjarja tintegra d-diliġenza dovuta fil-politiki u fis-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju kollha tagħha f’konformità mal-Artikolu 7, filwaqt li tiddeskrivi b’mod ċar liema obbligi jridu jiġu ssodisfati mill-kumpanija omm, u, meta meħtieġ, lill-partijiet ikkonċernati rilevanti tinformahom dwar dan;

(d) 

meta meħtieġ, is-sussidjarja tkompli tieħu miżuri xierqa f’konformità mal-Artikoli 10 u 11 u biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 12 u 13;

▼M2

(e) 

fejn rilevanti, is-sussidjarja tfittex assigurazzjonijiet kuntrattwali minn sieħeb kummerċjali dirett f’konformità mal-Artikolu 10(2), il-punt (b), jew mal-Artikolu 11(3), il-punt (c), tfittex assigurazzjonijiet kuntrattwali minn sieħeb kummerċjali indirett f’konformità mal-Artikolu 10(4) jew mal-Artikolu 11(5) u tissospendi r-relazzjoni kummerċjali f’konformità mal-Artikolu 10(6) jew mal-Artikolu 11(7).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.