+Artikolu 9 Prijoritizzazzjoni tal-impatti negattivi reali u potenzjali identifikati
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
|
Artikolu 9 Prijoritizzazzjoni tal-impatti negattivi reali u potenzjali identifikati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta ma jkunux fattibbli l-prevenzjoni, il-mitigazzjoni, it-tmiem jew il-minimizzazzjoni tal-impatti negattivi identifikati kollha fl-istess ħin u b’mod sħiħ, il-kumpaniji jagħtu prijorità lill-impatti negattivi identifikati skont l-Artikolu 8 sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 10 jew 11.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Il-prijoritizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq is-severità u l-probabbiltà tal-impatti negattivi.
|
|
Artikolu 9 3.
|
Ladarba l-impatti negattivi l-aktar severi u li x’aktarx l-aktar li jseħħu jiġu indirizzati f’konformità mal-Artikolu 10 jew 11 fi żmien raġonevoli, il-kumpanija għandha tindirizza impatti negattivi anqas severi u li x’aktarx jseħħu anqas.
|
|
Artikolu 9 4.
|
Meta jittieħdu deċiżjonijiet ta’ prijoritizzazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu, is-sempliċi fatt li ma jkunx ġie indirizzat impatt negattiv anqas sinifikanti ma għandux jesponi lill-kumpanija għal penali skont l-Artikolu 27.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|