|
+Artikolu 10 2. |
Artikolu 10 2.Il-kumpaniji għandhom ikunu meħtieġa jieħdu l-miżuri xierqa li ġejjin, meta rilevanti:
(a)
meta jkun meħtieġ minħabba n-natura jew il-kumplessità tal-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni, jiżviluppaw u jimplimentaw, mingħajr dewmien żejjed pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni, bi skedi ta’ żmien raġonevoli u definiti b’mod ċar għall-implimentazzjoni ta’ miżuri xierqa u indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi għall-kejl tat-titjib; il-kumpaniji jistgħu jiżviluppaw il-pjanijiet ta’ azzjoni tagħhom f’kooperazzjoni mal-inizjattivi tal-industrija jew ta’ diversi partijiet ikkonċernati; il-pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni għandu jiġi adattat għall-operazzjonijiet u għall-ktajjen ta’ attivitajiet tal-kumpaniji;
(b)
ifittxu li jiksbu assigurazzjonijiet kuntrattwali minn sieħeb kummerċjali dirett li jkun se jiżgura konformità mal-kodiċi ta’ kondotta tal-kumpanija u, kif meħtieġ, ma’ pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni, inkluż billi jistabbilixxi assigurazzjonijiet kuntrattwali korrispondenti mingħand is-sħab tiegħu, sal-punt li l-attivitajiet tagħhom ikunu parti mill-katina ta’ attivitajiet tal-kumpanija; meta jinkisbu tali assigurazzjonijiet kuntrattwali, għandu japplika l-paragrafu 5;
(c)
jagħmlu l-investimenti finanzjarji jew mhux finanzjarji, l-aġġustamenti jew it-titjib meħtieġa, pereżempju, fil-faċilitajiet, fil-produzzjoni jew fi proċessi u infrastrutturi operazzjonali oħra;
(d)
jagħmlu l-modifiki jew it-titjib meħtieġa fil-pjan kummerċjali, fl-istrateġiji u fl-operazzjonijiet ġenerali tal-kumpanija stess, inklużi prattiki ta’ xiri, disinn u prattiki ta’ distribuzzjoni;
(e)
jipprovdu appoġġ immirat u proporzjonat lil SME li tkun sieħeb kummerċjali tal-kumpanija, meta meħtieġ fid-dawl tar-riżorsi, tal-għarfien u tal-limitazzjonijiet tal-SME, inkluż billi jipprovdu jew jippermettu aċċess għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet, għat-taħriġ jew għat-titjib tas-sistemi ta’ ġestjoni, u, meta l-konformità mal-kodiċi ta’ kondotta jew mal-pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni tipperikola l-vijabbiltà tal-SME, billi jipprovdu appoġġ finanzjarju mmirat u proporzjonat, bħal finanzjament dirett, self b’imgħax baxx, garanziji ta’ akkwist kontinwu, jew assistenza fl-iżgurar tal-finanzjament;
(f)
f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, inkluż id-dritt tal-kompetizzjoni, jikkollaboraw ma’ entitajiet oħra, inkluż, meta rilevanti, sabiex tiżdied il-kapaċità tal-kumpanija li tipprevjeni jew timmitiga l-impatt negattiv, b’mod partikolari meta l-ebda miżura oħra ma tkun xierqa jew effettiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|