+Artikolu 10 Prevenzjoni ta’ impatti negattivi potenzjali
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.
|
Artikolu 10 Prevenzjoni ta’ impatti negattivi potenzjali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu, jew meta l-prevenzjoni ma tkunx possibbli jew ma tkunx possibbli minnufih, jimmitigaw b’mod adegwat, l-impatti negattivi potenzjali li jkunu ġew identifikati, jew kellhom jiġu identifikati, skont l-Artikolu 8, f’konformità mal-Artikolu 9 u ma’ dan l-Artikolu. Biex jiġu ddeterminati l-miżuri xierqa msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandu jittieħed kont debitu ta’:
(a)
jekk l-impatt negattiv potenzjali jistax jiġi kkawżat biss mill-kumpanija; jekk jistax jiġi kkawżat b’mod konġunt mill-kumpanija u sussidjarja jew sieħeb kummerċjali, permezz ta’ atti jew ommissjonijiet; jew jekk jistax jiġi kkawżat biss mis-sieħeb kummerċjali ta’ kumpanija fil-katina ta’ attivitajiet;
(b)
jekk l-impatt negattiv potenzjali jistax iseħħ fl-operazzjonijiet ta’ sussidjarja, sieħeb kummerċjali dirett jew sieħeb kummerċjali indirett; u
(c)
il-kapaċità tal-kumpanija li tinfluwenza lis-sieħeb kummerċjali li jista’ jikkawża jew jikkawża b’mod konġunt l-impatt negattiv potenzjali.
|
|
Artikolu 10 2.
|
Il-kumpaniji għandhom ikunu meħtieġa jieħdu l-miżuri xierqa li ġejjin, meta rilevanti:
(a)
meta jkun meħtieġ minħabba n-natura jew il-kumplessità tal-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni, jiżviluppaw u jimplimentaw, mingħajr dewmien żejjed pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni, bi skedi ta’ żmien raġonevoli u definiti b’mod ċar għall-implimentazzjoni ta’ miżuri xierqa u indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi għall-kejl tat-titjib; il-kumpaniji jistgħu jiżviluppaw il-pjanijiet ta’ azzjoni tagħhom f’kooperazzjoni mal-inizjattivi tal-industrija jew ta’ diversi partijiet ikkonċernati; il-pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni għandu jiġi adattat għall-operazzjonijiet u għall-ktajjen ta’ attivitajiet tal-kumpaniji;
(b)
ifittxu li jiksbu assigurazzjonijiet kuntrattwali minn sieħeb kummerċjali dirett li jkun se jiżgura konformità mal-kodiċi ta’ kondotta tal-kumpanija u, kif meħtieġ, ma’ pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni, inkluż billi jistabbilixxi assigurazzjonijiet kuntrattwali korrispondenti mingħand is-sħab tiegħu, sal-punt li l-attivitajiet tagħhom ikunu parti mill-katina ta’ attivitajiet tal-kumpanija; meta jinkisbu tali assigurazzjonijiet kuntrattwali, għandu japplika l-paragrafu 5;
(c)
jagħmlu l-investimenti finanzjarji jew mhux finanzjarji, l-aġġustamenti jew it-titjib meħtieġa, pereżempju, fil-faċilitajiet, fil-produzzjoni jew fi proċessi u infrastrutturi operazzjonali oħra;
(d)
jagħmlu l-modifiki jew it-titjib meħtieġa fil-pjan kummerċjali, fl-istrateġiji u fl-operazzjonijiet ġenerali tal-kumpanija stess, inklużi prattiki ta’ xiri, disinn u prattiki ta’ distribuzzjoni;
(e)
jipprovdu appoġġ immirat u proporzjonat lil SME li tkun sieħeb kummerċjali tal-kumpanija, meta meħtieġ fid-dawl tar-riżorsi, tal-għarfien u tal-limitazzjonijiet tal-SME, inkluż billi jipprovdu jew jippermettu aċċess għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet, għat-taħriġ jew għat-titjib tas-sistemi ta’ ġestjoni, u, meta l-konformità mal-kodiċi ta’ kondotta jew mal-pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni tipperikola l-vijabbiltà tal-SME, billi jipprovdu appoġġ finanzjarju mmirat u proporzjonat, bħal finanzjament dirett, self b’imgħax baxx, garanziji ta’ akkwist kontinwu, jew assistenza fl-iżgurar tal-finanzjament;
(f)
f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, inkluż id-dritt tal-kompetizzjoni, jikkollaboraw ma’ entitajiet oħra, inkluż, meta rilevanti, sabiex tiżdied il-kapaċità tal-kumpanija li tipprevjeni jew timmitiga l-impatt negattiv, b’mod partikolari meta l-ebda miżura oħra ma tkun xierqa jew effettiva.
|
|
Artikolu 10 3.
|
Il-kumpaniji jistgħu jieħdu, meta rilevanti, miżuri xierqa flimkien mal-miżuri elenkati fil-paragrafu 2, bħall-involviment ma’ sieħeb kummerċjali dwar l-aspettattivi tal-kumpanija fir-rigward tal-prevenzjoni u tal-mitigazzjoni ta’ impatti negattivi potenzjali, jew billi jipprovdu jew jippermettu l-aċċess għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet, gwida, appoġġ amministrattiv u finanzjarju bħal self jew finanzjament, filwaqt li jqisu r-riżorsi, l-għarfien u l-limitazzjonijiet tas-sieħeb kummerċjali.
|
|
Artikolu 10 4.
|
Fir-rigward tal-impatti negattivi potenzjali li ma setgħux jiġu prevenuti jew mitigati b’mod adegwat mill-miżuri xierqa elenkati fil-paragrafu 2, il-kumpanija tista’ tfittex li tikseb assigurazzjonijiet kuntrattwali mingħand sieħeb kummerċjali indirett, bl-għan li tinkiseb konformità mal-kodiċi ta’ kondotta tal-kumpanija jew ma’ pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni. Meta jinkisbu tali assigurazzjonijiet kuntrattwali, għandu japplika l-paragrafu 5;
|
|
Artikolu 10 5.
|
L-assigurazzjonijiet kuntrattwali msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), u fil-paragrafu 4, għandhom ikunu akkumpanjati mill-miżuri xierqa biex tiġi vverifikata l-konformità. Għall-finijiet tal-verifika tal-konformità, il-kumpanija tista’ tirreferi għal verifika minn parti terza indipendenti, inkluż permezz ta’ inizjattivi tal-industrija jew ta’ diversi partijiet ikkonċernati. Meta jinkisbu assigurazzjonijiet kuntrattwali minn SME, jew jiġi konkluż kuntratt ma’ SME, it-termini użati għandhom ikunu ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji. Il-kumpanija għandha tivvaluta wkoll jekk l-assigurazzjonijiet kuntrattwali ta’ SME għandhomx ikunu akkumpanjati minn kwalunkwe miżura xierqa għall-SMEs imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (e). Meta jitwettqu miżuri għall-verifika tal-konformità fir-rigward tal-SMEs, il-kumpanija għandha ġġarrab il-kost tal-verifika minn parti terza indipendenti. Meta l-SME titlob li tħallas tal-anqas parti mill-kost tal-verifika minn parti terza indipendenti, jew bi ftehim mal-kumpanija, dik l-SME tista’ taqsam ir-riżultati ta’ tali verifika ma’ kumpaniji oħra.
|
|
Artikolu 10 6.
|
Fir-rigward tal-impatti negattivi potenzjali kif imsemmi fil-paragrafu 1 li ma setgħux jiġu evitati jew mitigati b’mod adegwat mill-miżuri stabbiliti fil-paragrafi 2, 4 u 5, il-kumpanija għandha, bħala l-aħħar soluzzjoni u sakemm l-impatt jiġi indirizzat:
(a)
toqgħod lura milli tidħol f’relazzjonijiet ġodda, jew milli testendi relazzjonijiet eżistenti ma’ sieħeb kummerċjali li b’rabta miegħu, jew li fil-katina ta’ attivitajiet tiegħu, ikun inħoloq l-impatt;
(b)
meta l-liġi li tirregola r-relazzjoni tagħha mas-sieħeb kummerċjali kkonċernat tkun tippermettilha, tissospendi r-relazzjoni kummerċjali fir-rigward tal-attivitajiet ikkonċernati, inkluż bil-ħsieb li tuża jew iżżid l-ingranaġġ tagħha, u
(c)
tadotta u timplimenta pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni msaħħaħ għall-impatt negattiv speċifiku mingħajr dewmien żejjed, dment li jkun hemm aspettattiva raġonevoli li tali sforzi se jirnexxu.
Sakemm ikun hemm aspettattiva raġonevoli li l-pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni msaħħaħ se jirnexxi, is-sempliċi fatt li titkompla l-interazzjoni mas-sieħeb kummerċjali ma għandux jesponi lill-kumpanija għal penali skont l-Artikolu 27 jew għal responsabbiltà skont l-Artikolu 29. Qabel ma tissospendi relazzjoni kummerċjali, il-kumpanija għandha tivvaluta jekk l-impatti negattivi meta tagħmel dan jistgħux ikunu raġonevolment mistennija li jkunu manifestament aktar severi mill-impatt negattiv li ma setax jiġi prevenut jew mitigat b’mod adegwat. Jekk dak ikun il-każ, il-kumpanija ma għandhiex tkun meħtieġa tissospendi r-relazzjoni kummerċjali, u għandha tkun f’pożizzjoni li tirrapporta lura lill-awtorità superviżorja kompetenti dwar ir-raġunijiet debitament ġustifikati għal tali deċiżjoni. L-Istati Membri għandhom jipprevedu opzjoni biex tiġi sospiża r-relazzjoni kummerċjali f’kuntratti rregolati mil-liġijiet tagħhom f’konformità mal-ewwel subparagrafu, ħlief għal kuntratti fejn il-partijiet ikunu obbligati bil-liġi li jidħlu fihom. Meta l-kumpanija tiddeċiedi li tissospendi r-relazzjoni kummerċjali, għandha tieħu passi biex tipprevjeni, timmitiga jew ittemm l-impatti tas-sospensjoni, għandha tipprovdi avviż raġonevoli lis-sieħeb kummerċjali kkonċernat u għandha żżomm dik id-deċiżjoni taħt rieżami. Meta l-kumpanija tiddeċiedi li ma tissospendix ir-relazzjoni kummerċjali skont dan l-Artikolu, għandha timmonitorja l-impatt negattiv potenzjali u perjodikament tivvaluta d-deċiżjoni tagħha u jekk humiex disponibbli aktar miżuri xierqa.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|