+Artikolu 20 5.
|
Artikolu 20 5.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 25, 26 u 29, il-kumpaniji jistgħu jużaw verifika minn parti terza indipendenti dwar u mill-kumpaniji fil-ktajjen ta’ attivitajiet tagħhom biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-obbligi tad-diliġenza dovuta sa fejn tali verifika tkun xierqa biex tappoġġa t-twettiq tal-obbligi rilevanti. Verifika minn parti terza indipendenti tista’ titwettaq minn kumpaniji oħra jew minn inizjattiva tal-industrija jew ta’ diversi partijiet ikkonċernati. Il-verifikaturi terzi indipendenti għandhom jaġixxu b’oġġettività u indipendenza sħiħa mill-kumpanija, ikunu ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess, jibqgħu ħielsa minn influwenza esterna, kemm jekk diretta kif ukoll indiretta, u għandhom iżommu lura minn kwalunkwe azzjoni li ma tkunx kompatibbli mal-indipendenza tagħhom. Skont in-natura tal-impatt negattiv, għandu jkollhom esperjenza u kompetenza fi kwistjonijiet ambjentali jew tad-drittijiet tal-bniedem u għandhom ikunu responsabbli għall-kwalità u l-affidabbiltà tal-verifika li jwettqu. Il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, għandha toħroġ gwida li tistipula l-kriterji tal-idoneità u metodoloġija għall-kumpaniji biex jivvalutaw l-idoneità tal-verifikaturi terzi, u gwida għall-monitoraġġ tal-akkuratezza, l-effettività u l-integrità tal-verifika minn parti terza.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|