+Artikolu 20 Miżuri ta’ akkumpanjament
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.

Artikolu 20 Miżuri ta’ akkumpanjament

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.

L-Istati Membri għandhom, sabiex jipprovdu informazzjoni u appoġġ lill-kumpaniji u lis-sħab kummerċjali tagħhom u lill-partijiet ikkonċernati, jistabbilixxu u joperaw siti web, pjattaformi jew portali ddedikati individwalment jew b’mod konġunt. F’dak ir-rigward, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċifika lill-SMEs li huma preżenti fil-ktajjen ta’ attivitajiet tal-kumpaniji. Dawk is-siti web, il-pjattaformi jew il-portali għandhom, b’mod partikolari, jagħtu aċċess għal:

(a) 

il-kontenut u l-kriterji għar-rapportar kif stabbiliti mill-Kummissjoni fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 16(3);

(b) 

il-gwida tal-Kummissjoni dwar mudelli ta’ klawżoli kuntrattwali volontarji kif previsti fl-Artikolu 18 l-linji gwida li toħroġ skont l-Artikolu 19;

(c) 

il-helpdesk uniku previst fl-Artikolu 21; u

(d) 

informazzjoni għall-partijiet ikkonċernati u r-rappreżentanti tagħhom dwar kif jikkomunikaw matul il-proċess ta’ diliġenza dovuta.

Artikolu 20 2.
Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jistgħu jappoġġaw finanzjarjament lill-SMEs. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll appoġġ lill-partijiet ikkonċernati bl-għan li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.
Artikolu 20 3.
Il-Kummissjoni tista’ tikkomplementa l-miżuri ta’ appoġġ tal-Istati Membri, abbażi ta’ azzjoni eżistenti tal-Unjoni biex tiġi appoġġata d-diliġenza dovuta fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi, u tista’ tfassal miżuri ġodda, inkluż l-iffaċilitar ta’ inizjattivi tal-industrija jew ta’ diversi partijiet ikkonċernati biex jgħinu lill-kumpaniji jissodisfaw l-obbligi tagħhom.
Artikolu 20 4.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 25, 26 u 29, il-kumpaniji jistgħu jipparteċipaw f’inizjattivi tal-industrija u ta’ diversi partijiet ikkonċernati biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-obbligi msemmija fl-Artikoli 7 sa 16 sal-punt li tali inizjattivi kunu xierqa biex jappoġġaw it-twettiq ta’ dawk l-obbligi. B’mod partikolari, il-kumpaniji jistgħu, wara li jkunu vvalutaw l-adegwatezza tagħhom, jagħmlu użu minn jew jingħaqdu ma’ analiżi tar-riskju rilevanti mwettqa minn inizjattivi tal-industrija jew ta’ diversi partijiet ikkonċernati jew minn membri ta’ dawk l-inizjattivi u jistgħu jieħdu jew jingħaqdu ma’ miżuri xierqa effettivi permezz ta’ tali inizjattivi. Meta jagħmlu dan, il-kumpaniji għandhom jimmonitorjaw l-effettività ta’ tali miżuri u jkomplu jieħdu miżuri xierqa meta meħtieġ biex jiżguraw it-twettiq tal-obbligi tagħhom.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiffaċilitaw it-tixrid ta’ informazzjoni dwar tali inizjattivi u l-eżitu tagħhom. Il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, għandha toħroġ gwida li tistipula kriterji tal-idoneità u metodoloġija għall-kumpaniji għall-valutazzjoni tal-idoneità tal-inizjattivi tal-industrija u ta’ diversi partijiet ikkonċernati.

Artikolu 20 5.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 25, 26 u 29, il-kumpaniji jistgħu jużaw verifika minn parti terza indipendenti dwar u mill-kumpaniji fil-ktajjen ta’ attivitajiet tagħhom biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-obbligi tad-diliġenza dovuta sa fejn tali verifika tkun xierqa biex tappoġġa t-twettiq tal-obbligi rilevanti. Verifika minn parti terza indipendenti tista’ titwettaq minn kumpaniji oħra jew minn inizjattiva tal-industrija jew ta’ diversi partijiet ikkonċernati. Il-verifikaturi terzi indipendenti għandhom jaġixxu b’oġġettività u indipendenza sħiħa mill-kumpanija, ikunu ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess, jibqgħu ħielsa minn influwenza esterna, kemm jekk diretta kif ukoll indiretta, u għandhom iżommu lura minn kwalunkwe azzjoni li ma tkunx kompatibbli mal-indipendenza tagħhom. Skont in-natura tal-impatt negattiv, għandu jkollhom esperjenza u kompetenza fi kwistjonijiet ambjentali jew tad-drittijiet tal-bniedem u għandhom ikunu responsabbli għall-kwalità u l-affidabbiltà tal-verifika li jwettqu.

Il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, għandha toħroġ gwida li tistipula l-kriterji tal-idoneità u metodoloġija għall-kumpaniji biex jivvalutaw l-idoneità tal-verifikaturi terzi, u gwida għall-monitoraġġ tal-akkuratezza, l-effettività u l-integrità tal-verifika minn parti terza.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.