+Artikolu 26 Tħassib sostanzjat
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.
---+Artikolu 26 6.
|
Artikolu 26 Tħassib sostanzjat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi jkunu intitolati li jippreżentaw tħassib sostanzjat, permezz ta’ kanali aċċessibbli faċilment, lil kwalunkwe awtorità superviżorja meta jkollhom raġunijiet biex jemmnu, abbażi ta’ ċirkostanzi oġġettivi, li kumpanija qed tonqos milli tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati skont din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 26 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-persuni li jippreżentaw tħassib sostanzjat jitolbu hekk, l-awtorità superviżorja tieħu l-miżuri meħtieġa għall-protezzjoni xierqa tal-identità ta’ dik il-persuna u l-informazzjoni personali tagħha, li, jekk tiġi divulgata, tkun ta’ ħsara għal dik il-persuna.
|
|
Artikolu 26 3.
|
Meta tħassib sostanzjat jaqa’ taħt il-kompetenza ta’ awtorità superviżorja oħra, l-awtorità li tirċievi t-tħassib sostanzjat għandha tibagħtu lil dik l-awtorità.
|
|
Artikolu 26 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jivvalutaw it-tħassib sostanzjat f’perjodu ta’ żmien xieraq u, meta jkun xieraq, jeżerċitaw is-setgħat tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 25.
|
|
Artikolu 26 5.
|
L-awtorità superviżorja għandha, mill-aktar fis possibbli u f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali u f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, tinforma lill-persuni msemmija fil-paragrafu 1 bir-riżultat tal-valutazzjoni tat-tħassib sostanzjat tagħhom u għandha tipprovdi r-raġunament għal dak ir-riżultat. L-awtorità superviżorja għandha tinforma wkoll lill-persuni li jippreżentaw tali tħassib sostanzjat li għandhom, f’konformità mad-dritt nazzjonali, interess leġittimu fil-kwistjoni, bid-deċiżjoni tagħha li taċċetta jew tirrifjuta kwalunkwe talba għal azzjoni, kif ukoll b’deskrizzjoni tal-passi u l-miżuri ulterjuri, u informazzjoni prattika dwar l-aċċess għal proċeduri ta’ rieżami amministrattiv u ġudizzjarju.
|
|
Artikolu 26 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li jippreżentaw tħassib sostanzjat f’konformità ma’ dan l-Artikolu u li jkollhom, f’konformità mad-dritt nazzjonali, interess leġittimu fil-kwistjoni, ikollhom aċċess għal qorti jew għal korp pubbliku indipendenti u imparzjali ieħor kompetenti biex jirrieżamina l-legalità proċedurali u sostantiva tad-deċiżjonijiet, tal-atti jew tan-nuqqas ta’ azzjoni tal-awtorità superviżorja.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|