|
+Artikolu 1 3. |
Artikolu 1 3.L-objettiv tal-Awtorità għandu jkun li tipproteġi l-interess pubbliku, l-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, u l-funzjonament xieraq tas-suq intern billi:
(a)
tipprevjeni l-użu tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (“ML/TF”);
(b)
tikkontribwixxi biex jiġu identifikati u valutati r-riskji tal-ML/TF u t-theddid fis-suq intern kollu, kif ukoll ir-riskji u t-theddid li joriġinaw minn barra l-Unjoni li jkollhom impatt, jew li għandhom il-potenzjal li jkollhom impatt, fuq is-suq intern;
(c)
tiżgura superviżjoni ta’ kwalità għolja fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (“AML/CFT”) fis-suq intern kollu;
(d)
tikkontribwixxi għall-konverġenza superviżorja fil-qasam tal-AML/CFT fis-suq intern kollu;
(e)
tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tal-prattiki fid-detezzjoni ta’ tranżazzjonijiet jew attivitajiet suspettużi mill-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja (“FIUs”);
(f)
tappoġġa u tikkoordina l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-FIUs, u bejn l-FIUs u awtoritajiet kompetenti oħra. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, b’mod partikolari skont l-Artikolu 258 tat-TFUE, sabiex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|