+Artikolu 1
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.

Artikolu 1

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1.
L-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (“l-Awtorità”) hija b’dan stabbilita.
Artikolu 1 2.
L-Awtorità għandha taġixxi fi ħdan is-setgħat mogħtija lilha minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikolu 6, u fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/1113, id-Direttiva (UE) 2024/1640 u r-Regolament (UE) 2024/1624, kif ukoll id-direttivi, ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawk l-atti, kwalunkwe att tal-Unjoni legalment vinkolanti ieħor li jagħti kompiti lill-Awtorità, u leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2024/1640, u direttivi oħra li jagħtu kompiti lill-awtoritajiet superviżorji.
Artikolu 1 3.

L-objettiv tal-Awtorità għandu jkun li tipproteġi l-interess pubbliku, l-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, u l-funzjonament xieraq tas-suq intern billi:

(a) 

tipprevjeni l-użu tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (“ML/TF”);

(b) 

tikkontribwixxi biex jiġu identifikati u valutati r-riskji tal-ML/TF u t-theddid fis-suq intern kollu, kif ukoll ir-riskji u t-theddid li joriġinaw minn barra l-Unjoni li jkollhom impatt, jew li għandhom il-potenzjal li jkollhom impatt, fuq is-suq intern;

(c) 

tiżgura superviżjoni ta’ kwalità għolja fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (“AML/CFT”) fis-suq intern kollu;

(d) 

tikkontribwixxi għall-konverġenza superviżorja fil-qasam tal-AML/CFT fis-suq intern kollu;

(e) 

tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tal-prattiki fid-detezzjoni ta’ tranżazzjonijiet jew attivitajiet suspettużi mill-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja (“FIUs”);

(f) 

tappoġġa u tikkoordina l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-FIUs, u bejn l-FIUs u awtoritajiet kompetenti oħra.

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, b’mod partikolari skont l-Artikolu 258 tat-TFUE, sabiex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.