+Artikolu 27
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.
---+Artikolu 27 5.
---+Artikolu 27 6.
---+Artikolu 27 7.
---+Artikolu 27 8.
|
Artikolu 27
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27 1.
|
Meta, fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament, l-Awtorità ssib li hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jistgħu jikkostitwixxu wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness II, l-Awtorità għandha taħtar tim investigattiv indipendenti fi ħdan l-Awtorità biex jinvestiga l-kwistjoni. It-tim investigattiv ma għandux ikun involut jew kien involut fis-superviżjoni diretta tal-entità marbuta b’obbligu magħżula kkonċernata u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-Bord Eżekuttiv. L-Awtorità għandha tiżviluppa proċeduri interni biex tiddetermina r-regoli li jirregolaw l-għażla tal-membri tat-timijiet investigattivi indipendenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-għarfien, il-preparazzjoni, l-għarfien espert u l-esperjenza ta’ dawk il-membri.
|
|
Artikolu 27 2.
|
It-tim investigattiv għandu jinvestiga l-allegat ksur, filwaqt li jqis kwalunkwe kumment sottomess mill-persuni soġġetti għal investigazzjoni, u għandu jissottometti fajl komplut bis-sejbiet tiegħu lill-Bord Eżekuttiv. Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, it-tim investigattiv jista’ jirrikjedi informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 17 u jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f’konformità mal-Artikoli 18 u 19. Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, it-tim investigattiv għandu jkollu aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni kollha miġbura mit-tim superviżorju konġunt fl-attivitajiet superviżorji tiegħu.
|
|
Artikolu 27 3.
|
Meta jlesti l-investigazzjoni tiegħu u qabel ma jissottometti l-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-Bord Eżekuttiv, it-tim investigattiv għandu jagħti lill-persuni soġġetti għal investigazzjoni l-opportunità li jinstemgħu dwar il-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu investigati. It-tim investigattiv għandu jibbaża s-sejbiet tiegħu biss fuq fatti li l-persuni soġġetti għal investigazzjoni kien kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwarhom. Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni kkonċernati għandhom jiġu kompletament rispettati matul l-investigazzjonijiet skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 27 4.
|
Meta jissottometti l-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-Bord Eżekuttiv, it-tim investigattiv għandu jinnotifika dak il-fatt lill-persuni soġġetti għal investigazzjoni. Il-persuni soġġetti għal investigazzjoni għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali li taffettwa lil partijiet terzi.
|
|
Artikolu 27 5.
|
Abbażi tal-fajl li jkun fih is-sejbiet tat-tim investigattiv u, meta jintalab mill-persuni kkonċernati, wara li jkun sema’ lill-persuni soġġetti għal investigazzjoni f’konformità mal-Artikolu 24(1), il-Bord Eżekuttiv għandu jiddeċiedi jekk ikunx sar wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness II mill-persuni li huma soġġetti għal investigazzjoni, u f’tali każ, għandu jimponi sanzjoni pekunarja f’konformità mal-Artikolu 22 u japplika miżura amministrattiva f’konformità mal-Artikolu 21 apparti milli jimponi sanzjoni pekunjarja jew minflok ma jimponi tali sanzjoni.
|
|
Artikolu 27 6.
|
It-tim investigattiv ma għandux jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet tal-Bord Eżekuttiv jew b’xi mod ieħor jintervjeni fil-proċess deċiżjonali tal-Bord Eżekuttiv.
|
|
Artikolu 27 7.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta aktar regoli ta’ proċedura għall-eżerċizzju tas-setgħa li timponi sanzjonijiet pekunarji jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tad-difiża, dispożizzjonijiet temporali, u l-ġbir tas-sanzjonijiet pekunarji jew tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali, u għandha tadotta regoli dettaljati dwar il-perjodi ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar tal-penali. Ir-regoli msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 100. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati msemmija fit-tieni subparagrafu sal-1 ta’ Jannar 2027.
|
|
Artikolu 27 8.
|
L-Awtorità għandha tirreferi kwistjonijiet għall-prosekuzzjoni kriminali lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti meta, fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament, hija ssib li jkun hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jistgħu jikkostitwixxu reati kriminali. Barra minn hekk, l-Awtorità għandha toqgħod lura milli timponi sanzjonijiet pekunarji jew pagamenti perjodiċi ta’ penali meta liberazzjoni jew kundanna preċedenti li tkun irriżultat minn fatti identiċi, jew minn fatti li jkunu sostanzjalment l-istess, tkun kisbet il-forza ta’ res judicata bħala riżultat ta’ proċedimenti kriminali skont il-liġi nazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|