Artikolu 28
Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni mingħajr limiti biex tirrieżamina d-deċiżjonijiet tal-Awtorità li jimponu sanzjoni pekunjarja jew pagament perjodiku ta’ penali. Din tista’ tannulla, jew tnaqqas jew iżżid l-ammont tas-sanzjoni pekunarja jew tal-pagament perjodiku ta’ penali impost.