+Artikolu 33
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.
---+Artikolu 33 5.
---+Artikolu 33 6.
---+Artikolu 33 7.
---+Artikolu 33 8.

Artikolu 33

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33 1.
L-Awtorità tista’ tassisti lis-superviżuri finanzjarji biex jilħqu ftehim f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu fuq talba ta’ superviżur finanzjarju wieħed jew aktar skont l-Artikolu 46, 47, 49 jew 54 tad-Direttiva (UE) 2024/1640 jew f’każijiet oħra fejn superviżur finanzjarju ma jaqbilx mal-proċedura jew mal-kontenut ta’ azzjoni, azzjoni proposta, jew nuqqas ta’ attività ta’ superviżur finanzjarju ieħor sa fejn din taffettwa l-kompiti u r-responsabbiltajiet superviżorji tiegħu stess fir-rigward ta’ entità marbuta b’obbligu speċifika mhux magħżula jew diversi entitajiet marbuta b’obbligu mhux magħżula.
Artikolu 33 2.

F’każijiet għajr dawk koperti mill-Artikoli 46, 47, 49 u 54 tad-Direttiva (UE) 2024/1640, superviżur finanzjarju għandu jitlob l-assistenza tal-Awtorità mingħajr dewmien żejjed meta dispożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni tirrikjedi li dak is-superviżur finanzjarju jilħaq, ma’ superviżur finanzjarju ieħor, ftehim, arranġament jew forma oħra ta’ kooperazzjoni stabbilita jew formalizzata relatata mas-superviżjoni ta’ entitajiet marbuta b’obbligu speċifiċi mhux magħżula, u jseħħ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-ftehim ikun intlaħaq iżda ma jkunx ġie effettivament applikat jew osservat minn waħda mill-partijiet;

(b) 

superviżur finanzjarju jikkonkludi, abbażi ta’ raġunijiet oġġettivi, li jeżisti nuqqas ta’ qbil;

(c) 

ikunu għaddew xahrejn mid-data li fiha superviżur finanzjarju jkun irċieva talba minn superviżur finanzjarju ieħor biex jieħu ċerta azzjoni sabiex jikkonforma mal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament u s-superviżur mitlub ma jkunx adotta deċiżjoni li tissodisfa t-talba.

Artikolu 33 3.
Il-Bord Eżekuttiv għandu jivvaluta kwalunkwe talba msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u jinnotifika lill-partijiet rilevanti jekk iqisx it-talba ġustifikata u jekk ikollux l-intenzjoni li jaġixxi fuqha f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
Artikolu 33 4.
L-Awtorità għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien għall-konċiljazzjoni bejn is-superviżuri finanzjarji, b’kont meħud ta’ kwalunkwe perjodu ta’ żmien rilevanti speċifikat fil-liġi tal-Unjoni, kif ukoll tal-kumplessità u tal-urġenza tal-kwistjoni. Għall-finijiet tal-fażi ta’ konċiljazzjoni, l-Awtorità għandha taġixxi ta’ medjatur. Fejn ikun neċessarju jew previst fil-liġi tal-Unjoni, l-Awtorità għandha toħroġ opinjoni dwar kif għandu jiġi solvut in-nuqqas ta’ qbil.
Artikolu 33 5.
Meta s-superviżuri finanzjarji jonqsu milli jilħqu qbil fil-fażi ta’ konċiljazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, jew meta jonqsu milli jsegwu l-opinjoni maħruġa mill-Awtorità, l-Awtorità tista’ tirrikjedi li dawk is-superviżuri jieħdu azzjoni speċifika jew jastjenu minn ċerta azzjoni sabiex tiġi riżolta l-kwistjoni, u biex tiġi żgurata l-konformità mal-liġi tal-Unjoni. Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun vinkolanti għas-superviżuri finanzjarji. Id-deċiżjoni tal-Awtorità tista’ tirrikjedi lis-superviżuri finanzjarji jirrevokaw jew jemendaw deċiżjoni li jkunu adottaw, jew jużaw is-setgħat tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni applikabbli.
Artikolu 33 6.
L-Awtorità għandha tinnotifika lis-superviżuri finanzjarji bil-konklużjoni tal-proċeduri skont il-paragrafi 4 u 5 flimkien mad-deċiżjoni tagħha meħuda skont il-paragrafu 5, fejn applikabbli.
Artikolu 33 7.
Kwalunkwe azzjoni min-naħa tas-superviżuri finanzjarji b’rabta ma’ fatti li jkunu soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 5 għandha tkun kompatibbli ma’ tali deċiżjoni.
Artikolu 33 8.
Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 84, il-President tal-Awtorità għandu jistabbilixxi n-natura u t-tip tan-nuqqas ta’ qbil bejn is-superviżuri finanzjarji, il-ftehimiet milħuqa u d-deċiżjonijiet meħuda sabiex jiġi riżolt tali nuqqas ta’ qbil.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.