+Artikolu 49
---+Artikolu 49 1.
---+Artikolu 49 2.
---+Artikolu 49 3.
---+Artikolu 49 4.

Artikolu 49

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 49 1.
Fejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiddelegaw is-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti fl-oqsma stabbiliti speċifikament fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji. L-Awtorità għandha tissottometti l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji tagħha lill-Kummissjoni għall-adozzjoni. Fl-istess ħin, l-Awtorità għandha tibgħat dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

L-istandards tekniċi regolatorji għandhom ikunu tekniċi, ma għandhomx jimplikaw deċiżjonijiet strateġiċi jew għażliet ta’ politika u l-kontenut tagħhom għandu jkun delimitat mill-atti leġiżlattivi li fuqhom ikunu bbażati.

Qabel ma tissottomettihom lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u għandha tanalizza l-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati, sakemm dawk il-konsultazzjonijiet u l-analiżijiet ma jkunux sproporzjonati ħafna fir-rigward tal-ambitu u l-impatt tal-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni.

Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi abbozz ta’ standard tekniku regolatorju, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tadottahx. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien debitu meta l-adozzjoni ma tkunx tista’ sseħħ fil-perjodu ta’ tliet xhur. Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju parzjalment biss, jew b’emendi, meta l-interessi tal-Unjoni jirrikjedu dan.

Fejn il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li ma tadottax abbozz ta’ standard tekniku regolatorju jew li tadottah parzjalment jew b’emendi, hija għandha tibgħat l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju lura lill-Awtorità, filwaqt li tispjega għaliex ma tkunx qiegħda tadottah jew tispjega r-raġunijiet għall-emendi fih.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat kopja tal-ittra tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fi żmien perjodu ta’ sitt ġimgħat, l-Awtorità tista’ temenda l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju fuq il-bażi tal-emendi proposti mill-Kummissjoni u terġa’ tissottomettih lill-Kummissjoni fil-forma ta’ opinjoni formali. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ sitt ġimgħat, l-Awtorità ma tkunx issottomettiet abbozz ta’ standard tekniku regolatorju emendat, jew tkun issottomettiet abbozz ta’ standard tekniku regolatorju li ma jkunx emendat b’mod konsistenti mal-emendi proposti tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-istandard tekniku regolatorju bl-emendi li tikkunsidra rilevanti, jew tirrifjutah.

Il-Kummissjoni ma għandhiex tbiddel il-kontenut ta’ abbozz ta’ standard tekniku regolatorju mħejji mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f’dan l-Artikolu.

Artikolu 49 2.
Meta l-Awtorità ma tkunx issottomettiet abbozz ta’ standard tekniku regolatorju fil-limitu ta’ żmien stipulat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), il-Kummissjoni tista’ titlob tali abbozz sa limitu ta’ żmien ġdid. Jekk l-Awtorità ma tkunx tista’ tikkonforma ma’ dak il-limitu ta’ żmien il-ġdid, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’dan fi żmien debitu.
Artikolu 49 3.
Huwa biss meta l-Awtorità ma tissottomettix abbozz ta’ standard tekniku regolatorju lill-Kummissjoni fil-limiti ta’ żmien f’konformità mal-paragrafu 2, li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta standard tekniku regolatorju permezz ta’ att delegat mingħajr abbozz mill-Awtorità.

Il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u tanalizza l-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati, sakemm tali konsultazzjonijiet u analiżijiet ma jkunux sproporzjonati fir-rigward tal-ambitu u l-impatt tal-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat immedjatament l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju tagħha lill-Awtorità. Fi żmien perjodu ta’ sitt ġimgħat, l-Awtorità tista’ temenda l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju u tissottomettih fil-forma ta’ opinjoni formali lill-Kummissjoni. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Jekk mal-iskadenza tal-perjodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fir-raba’ subparagrafu, l-Awtorità ma tkunx issottomettiet abbozz ta’ standard tekniku regolatorju emendat, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-istandard tekniku regolatorju.

Jekk l-Awtorità tkun issottomettiet abbozz ta’ standard tekniku regolatorju emendat fil-perjodu ta’ sitt ġimgħat, il-Kummissjoni tista’ temenda l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju abbażi tal-emendi proposti tal-Awtorità jew tadotta l-istandard tekniku regolatorju bl-emendi li hija tqis bħala rilevanti. Il-Kummissjoni ma għandhiex tbiddel il-kontenut tal-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju mħejji mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f’dan l-Artikolu.

Artikolu 49 4.
L-istandards tekniċi regolatorji għandhom jiġu adottati permezz ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet. Il-kliem “standard tekniku regolatorju” għandu jidher fit-titolu ta’ tali regolamenti jew deċiżjonijiet. Dawk l-istandards għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data msemmija fih.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.