+Artikolu 65
---+Artikolu 65 1.
---+Artikolu 65 2.
---+Artikolu 65 3.
---+Artikolu 65 4.
|
Artikolu 65
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 65 1.
|
Sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta dokument uniku ta’ programmazzjoni li jkun fih programm ta’ ħidma pluriennali u programm ta’ ħidma annwali, abbażi tal-abbozz imressaq mid-Direttur Eżekuttiv, b’kont meħud tal-opinjoni tal-Kummissjoni u – fir-rigward tal-programm ta’ ħidma pluriennali – wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. Jekk il-Bord Eżekuttiv jiddeċiedi li ma jqisx ċerti elementi tal-opinjoni tal-Kummissjoni, huwa għandu jagħti ġustifikazzjoni dettaljata għal dik id-deċiżjoni. L-obbligu li tiġi provduta ġustifikazzjoni dettaljata għandu japplika wkoll għal kwalunkwe element imqajjem mill-Parlament Ewropew meta jiġi kkonsultat. Il-Bord Eżekuttiv għandu jgħaddi d-dokument uniku ta’ programmazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Id-dokument uniku ta’ programmazzjoni għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali u, jekk ikun meħtieġ, għandu jiġi aġġustat skont dan.
|
|
Artikolu 65 2.
|
Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jinkludi objettivi dettaljati u r-riżultati mistennija, inklużi l-indikaturi tal-prestazzjoni. Huwa għandu jkun fih ukoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, f’konformità mal-prinċipji tal-ibbaġitjar u tal-ġestjoni bbażati fuq l-attività. Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta’ ħidma pluriennali. Huwa għandu jindika b’mod ċar il-kompiti li jkunu ġew miżjuda, mibdula jew imħassra meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti.
|
|
Artikolu 65 3.
|
Il-Bord Eżekuttiv għandu jemenda l-programm ta’ ħidma annwali adottat meta jingħata kompitu ġdid lill-Awtorità. Kwalunkwe emenda sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali għandha tiġi adottata bl-istess proċedura bħall-programm ta’ ħidma annwali inizjali. Il-Bord Eżekuttiv jista’ jiddelega s-setgħa li jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali lid-Direttur Eżekuttiv.
|
|
Artikolu 65 4.
|
Il-programm ta’ ħidma pluriennali għandu jistabbilixxi l-programmazzjoni strateġika ġenerali, inklużi l-objettivi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tal-prestazzjoni. Huwa għandu jistabbilixxi wkoll il-programmazzjoni tar-riżorsi, inkluż il-baġit pluriennali u l-persunal. Il-programmazzjoni tar-riżorsi għandha tiġi aġġornata kull sena. Il-programmazzjoni strateġika għandha tiġi aġġornata fejn ikun xieraq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|