+Artikolu 67
---+Artikolu 67 1.
---+Artikolu 67 2.
---+Artikolu 67 3.
---+Artikolu 67 4.

Artikolu 67

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 67 1.
Il-Bord Eżekuttiv, fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv, għandu jiddesinja Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali. L-uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali jista’ jkun membru eżistenti tal-persunal tal-Awtorità.
Artikolu 67 2.

L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) 

jagħti pariri lill-persunal tal-Awtorità dwar kwalunkwe attività mwettqa mill-Awtorità, fejn l-Uffiċjal iqis li dan ikun meħtieġ jew fejn mitlub mill-persunal mingħajr ma jimpedixxi jew idewwem dawk l-attivitajiet;

(b) 

jippromwovi u jimmonitorja l-konformità tal-Awtorità mad-drittijiet fundamentali;

(c) 

jipprovdi opinjonijiet mhux vinkolanti dwar il-konformità tal-attivitajiet tal-Awtorità mad-drittijiet fundamentali;

(d) 

jinforma lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord Eżekuttiv dwar ksur possibbli tad-drittijiet fundamentali matul l-attivitajiet tal-Awtorità;

Artikolu 67 3.
L-Awtorità għandha tiżgura li l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali ma jfittex ebda istruzzjoni u lanqas ma jieħu istruzzjoni fir-rigward tal-eżerċizzju tal-kompiti tal-Uffiċjal.
Artikolu 67 4.
L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jirrapporta direttament lid-Direttur Eżekuttiv u jħejji rapporti regolari dwar il-prestazzjoni tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 2. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli għall-Bord Eżekuttiv.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.