Artikolu 87
Persunal tal-Awtorità impjegat qabel mill-EBA
L-aġenti temporanji impjegati skont l-Artikolu 2, il-punt (f), u l-aġenti kuntrattwali impjegati skont l-Artikolu 3a tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, impjegati mal-Awtorità b’kuntratt konkluż qabel l-1 ta’ Jannar 2026, u li immedjatament qabel l-impjieg tagħhom mal-Awtorità jkunu ġew impjegati mill-EBA fit-twettiq ta’ kompiti u attivitajiet relatati mal-AML/CFT tal-EBA elenkati fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, għandhom jiġu offruti l-istess tip ta’ kuntratt ta’ impjieg mal-Awtorità bħal mal-EBA u taħt l-istess kundizzjonijiet, soġġett għal-limitu fuq l-għadd ta’ pożizzjonijiet li għandhom jitnaqqsu mill-EBA u jiġu allokati lill-Awtorità. Dawk l-aġenti għandhom jitqiesu li qdew it-tul tas-servizz kollu tagħhom mal-Awtorità.