+Artikolu 93
---+Artikolu 93 1.
---+Artikolu 93 2.

Artikolu 93

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 93 1.
Fejn ikun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti msemmija fil-Kapitolu II, l-Awtorità tista’ tistabbilixxi sħubijiet transfruntiera għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, f’konformità mad-drittijiet fundamentali u s-salvagwardji proċedurali ġudizzjarji, jew tipparteċipa fi sħubijiet għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni stabbiliti fi Stat Membru wieħed jew f’diversi Stati Membri bl-objettiv li tappoġġa l-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu u l-finanzjament tat-terroriżmu u l-ġlieda kontrihom. Il-parteċipazzjoni tal-Awtorità fi sħubija li diġà tkun teżisti għandha tkun soġġetta għall-kunsens tal-awtoritajiet li jkunu stabbilew tali arranġament.
Artikolu 93 2.
Meta l-Awtorità tistabbilixxi sħubija transfruntiera għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, hija għandha tiżgura li s-sħubija tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 75(3), (4) u (5) tar-Regolament (UE) 2024/1624. Minbarra l-entitajiet marbuta b’obbligu, l-Awtorità tista’ tistieden lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (44), il-punti (a), (b) u (c), ta’ dak ir-Regolament, kif ukoll lill-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni li għandhom rwol fil-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu u l-finanzjament tat-terroriżmu u l-ġlieda kontrihom, biex jieħdu sehem fis-sħubija, meta tali parteċipazzjoni tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti u s-setgħat tagħhom. Bil-kunsens unanimu tal-membri parteċipanti, partijiet terzi oħra jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw, fuq bażi okkażjonali, fil-laqgħat tas-sħubija, fejn ikun rilevanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.