+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 (1)
---+Artikolu 3 (2)
---+Artikolu 3 (3)
---+Artikolu 3 (4)
---+Artikolu 3 (5)
---+Artikolu 3 (6)
---+Artikolu 3 (7)
---+Artikolu 3 (8)
---+Artikolu 3 (9)
---+Artikolu 3 (10)
---+Artikolu 3 (11)
---+Artikolu 3 (12)
---+Artikolu 3 (13)
---+Artikolu 3 (14)
---+Artikolu 3 (15)
---+Artikolu 3 (16)
---+Artikolu 3 (17)
---+Artikolu 3 (18)
---+Artikolu 3 (19)
---+Artikolu 3 (20)
---+Artikolu 3 (21)
---+Artikolu 3 (22)
---+Artikolu 3 (23)
---+Artikolu 3 (24)
---+Artikolu 3 (25)
---+Artikolu 3 (26)
---+Artikolu 3 (27)
---+Artikolu 3 (28)
---+Artikolu 3 (29)
---+Artikolu 3 (30)
---+Artikolu 3 (31)
---+Artikolu 3 (32)
---+Artikolu 3 (33)
---+Artikolu 3 (34)
---+Artikolu 3 (35)
---+Artikolu 3 (36)
---+Artikolu 3 (37)
---+Artikolu 3 (38)
---+Artikolu 3 (39)
---+Artikolu 3 (40)
---+Artikolu 3 (41)
---+Artikolu 3 (42)
---+Artikolu 3 (43)
---+Artikolu 3 (44)

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 (1)

“persuni b’diżabbiltà” tfisser persuni li jkollhom indeboliment fiżiku, mentali, intellettwali jew sensorju fit-tul li, meta jinteraġixxi ma’ diversi ostakli, jista’ jxekkel il-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà fuq l-istess livell ma’ ħaddieħor;

Artikolu 3 (2)

“prodott” tfisser sustanza, preparat, jew oġġett prodott permezz ta’ proċess ta’ manifattura, għajr ikel, għalf, pjanti ħajjin jew annimali ħajjin, prodotti ta’ oriġini umana u prodotti tal-pjanti u tal-annimali relatati direttament mar-riproduzzjoni futura tagħhom;

Artikolu 3 (3)

“servizz” tfisser servizz kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27);

Artikolu 3 (4)

“fornituri ta’ servizzi” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizz fis-suq tal-Unjoni jew tagħmel offerti biex tipprovdi tali servizz lil konsumaturi fl-Unjoni;

Artikolu 3 (5)

“servizzi tal-media awdjoviżiva” tfisser servizzi kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2010/13/UE;

Artikolu 3 (6)

“servizzi li jipprovdu aċċess għal servizzi tal-media awdjoviżiva” tfisser servizzi trażmessi b’netwerk tal-komunikazzjoni elettronika li jintużaw biex jiġu identifikati s-servizzi tal-media awdjoviżiva, biex dawn jintgħażlu, biex tasal informazzjoni dwarhom u biex wieħed jarahom, kif ukoll kwalunkwe karatteristika pprovduta, bħal sottotitoli għal dawk neqsin mis-smigħ u dawk b’diffikultajiet ta’ smigħ, deskrizzjoni bl-awdjo, sottotitoli mitkellma u interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ miżuri biex is-servizzi jsiru aċċessibbli kif imsemmi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/13/UE; u tinkludi l-gwidi elettroniċi tal-programmi (EPGs);

Artikolu 3 (7)

“tagħmir tat-terminals għall-konsumatur b’kapaċità informatika interattiva, użat għall-aċċess għal servizzi tal-media awdjoviżiva” tfisser kwalunkwe tagħmir li l-għan prinċipali tiegħu jkun li jipprovdi aċċess għal servizzi tal-media awdjoviżiva;

Artikolu 3 (8)

“servizz ta’ komunikazzjoni elettronika” tfisser servizz ta’ komunikazzjoni elettronika kif definit fil-punt 4 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972;

Artikolu 3 (9)

“servizz ta’ konverżazzjoni totali” tfisser servizz ta’ konverżazzjoni totali kif definit fil-punt 35 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972;

Artikolu 3 (10)

“ċentru li jwieġeb is-sejħiet marbutin mas-sikurezza pubblika” jew “PSAP” tfisser ċentru li jwieġeb is-sejħiet marbutin mas-sikurezza pubblika jew PSAP kif definit fil-punt 36 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972;

Artikolu 3 (11)

“l-aktar PSAP adatt” tfisser l-aktar PSAP adatt kif definit fil-punt 37 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972;

Artikolu 3 (12)

“komunikazzjoni ta' emerġenza” tfisser komunikazzjoni ta' emerġenza kif definit fil-punt 38 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972;

Artikolu 3 (13)

“servizz ta’ emerġenza” tfisser servizz ta’ emerġenza kif definit fil-punt 39 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972;

Artikolu 3 (14)

“test f’ħin reali” tfisser forma ta’ konverżazzjoni fl-għamla ta’ test f’sitwazzjonijiet minn punt għal punt jew f’konferenza bejn diversi punti fejn it-test li jiddaħħal jintbagħat karattru b’karattru, b’tali mod li l-komunikazzjoni tiġi perċepita mill-utent bħala kontinwa;

Artikolu 3 (15)

“tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq” tfisser kwalunkwe forniment ta’ prodott għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali, kemm jekk isir bi ħlas kif ukoll jekk ikun mingħajr ħlas;

Artikolu 3 (16)

“tqegħid fis-suq” tfisser li prodott isir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni;

Artikolu 3 (17)

“manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha prodott iddisinjat jew immanifatturat u li tikkummerċjalizzah f’isimha jew bit-trade mark tagħha;

Artikolu 3 (18)

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand manifattur sabiex taġixxi f’ismu b’rabta ma’ kompiti determinati;

Artikolu 3 (19)

“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

Artikolu 3 (20)

“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, minbarra l-manifattur jew l-importatur, li tagħmel prodott disponibbli fis-suq;

Artikolu 3 (21)

“operatur ekonomiku” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur, id-distributur, jew il-fornitur tas-servizz;

Artikolu 3 (22)

“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li tixtri l-prodott rilevanti jew li tirċievi s-servizz rilevanti għal finijiet li huma barra mill-kummerċ, min-negozju, mis-sengħa jew mill-professjoni tagħha;

Artikolu 3 (23)

“mikrointrapriża” tfisser intrapriża li timpjega inqas minn 10 persuni u li jkollha fatturat annwali li ma jaqbiżx l-EUR 2 miljuni jew karta tal-bilanċ annwali li ma taqbiżx l-EUR 2 miljuni;

Artikolu 3 (24)

“intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju” (SMEs) tfisser intrapriżi li jħaddmu inqas minn 250 persuna u li għandhom fatturat annwali li ma jaqbiżx l-EUR 50 miljun, jew karta tal-bilanċ annwali b’total li ma jaqbiżx l-EUR 43 miljun, iżda teskludi l-mikrointrapriżi;

Artikolu 3 (25)

“standard armonizzat” tfisser standard armonizzat kif definit fil-punt 1(c) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

Artikolu 3 (26)

“speċifikazzjonijiet tekniċi ” tfisser speċifikazzjoni teknika kif definit fil-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li tipprovdi mezz biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli għal prodott jew servizz;

Artikolu 3 (27)

“irtirar” tfisser kwalunkwe miżura maħsuba biex prodott fil-katina tal-provvista ma jitħalliex isir disponibbli fis-suq;

Artikolu 3 (28)

“servizzi bankarji għall-konsumatur” tfisser il-provvista lill-konsumaturi tas-servizzi bankarji u finanzjarji li ġejjin:

(a)

ftehimiet ta’ kreditu koperti mid-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) jew id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29);

(b)

servizzi kif definit fil-punti 1, 2, 4 u 5 fit-Taqsima A u l-punti 1, 2, 4 u 5 fit-Taqsima B tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30);

(c)

servizzi ta’ pagament kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31);

(d)

servizzi marbuta mal-kont tal-ħlas kif definit fil-punt 6 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32); u

(e)

flus elettroniċi kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33);

Artikolu 3 (29)

“terminal ta’ ħlas” tfisser tagħmir li l-għan prinċipali tiegħu jkun li jippermetti li jsiru ħlasijiet bl-użu ta’ strumenti ta’ pagament kif definit fil-punt 14 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 f’punt ta’ bejgħ fiżiku iżda mhux f’ambjent virtwali;

Artikolu 3 (30)

“servizzi ta’ kummerċ elettroniku” tfisser servizzi pprovduti mill-bogħod, permezz ta’ siti web u servizzi bbażati fuq tagħmir tal-mobile, b’mezzi elettroniċi u fuq it-talba individwali ta’ konsumatur bl-għan li jiġi konkluż kuntratt mal-konsumatur;

Artikolu 3 (31)

“servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru” tfisser servizzi kummerċjali tal-ajru għall-passiġġieri, kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006, li jitilqu minn, li jittransitaw minn, jew li jaslu f’ajruport, meta l-ajruport jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, inklużi titjiriet li jitilqu minn ajruport li jinsab f’pajjiż terz lejn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru fejn is-servizzi jitħaddmu minn trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni;

Artikolu 3 (32)

“servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bix-xarabank” tfisser servizzi koperti bl-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 181/2011;

Artikolu 3 (33)

“servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija” tfisser is-servizzi kollha tal-passiġġieri bil-ferrovija kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007, bl-eċċezzjoni tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 2(2) tiegħu;

Artikolu 3 (34)

“servizzi tat-trasport tal-passiġġieri fuq l-ilma” tfisser servizzi koperti bl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010, bl-eċċezzjoni tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament;

Artikolu 3 (35)

“Servizzi tat-trasport urban u suburban” tfisser servizzi tat-trasport urban u suburban kif definiti fil-punt 6 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34); iżda għall-finijiet ta’, din id-Direttiva, tinkludi biss il-mezzi ta’ trasport li ġejjin: bil-ferrovija, bix-xarabank u bil-kowċ, bil-metro, bit-tram u bit-trolley bus;

Artikolu 3 (36)

“servizzi tat-trasport reġjonali” tfisser servizzi reġjonali kif definit fil-punt 7 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE; iżda għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, tinkludi biss il-mezzi ta’ trasport li ġejjin: bil-ferrovija, bix-xarabank u bil-kowċ, bil-metro, bit-tram u bit-trolley bus;

Artikolu 3 (37)

“teknoloġija ta’ assistenza” tfisser kwalunkwe oġġett, tagħmir, servizz jew sistema ta’ prodott, inkluż software, li jintuża biex jiżdiedu, jinżammu jew jitjiebu l-kapaċitajiet funzjonali ta’ persuni b’diżabbiltà jew biex jittaffew u jiġu kkumpensati xi indebolimenti, limitazzjonijiet tal-attività jew restrizzjonijiet għall-parteċipazzjoni;

Artikolu 3 (38)

“sistema operattiva” tfisser software, li fost l-oħrajn, jittratta l-interfaċċa għal hardware periferali, jiskeda kompiti, jalloka l-ħżin, u jippreżenta interfaċċa prestabbilita lill-utent meta l-ebda programm ta’ applikazzjoni ma jkun qed jopera inkluż interfaċċa grafika tal-utent, irrispettivament minn jekk tali software jkun parti integrali tal-hardware tal-kompjuter bi skop ġenerali għall-konsumatur, jew ikun software awtonomu li għandu jiġi operat fuq hardware tal-kompjuter bi skop ġenerali għall-konsumatur, iżda bl-esklużjoni ta’ karigatur tas-sistema operattiva, sistema bażika ta’ input/output jew firmware ieħor meħtieġ meta s-sistema tistartja jew meta tiġi installata s-sistema operattiva;

Artikolu 3 (39)

“sistema ta’ hardware tal-kompjuter bi skop ġenerali għall-konsumatur” tfisser it-taħlita ta’ hardware li tifforma kompjuter komplet, ikkaratterizzata min-natura multifunzjonali tagħha, il-kapaċità tagħha li twettaq, bis-software adatt, l-aktar kompiti informatiċi komuni mitluba mill-konsumaturi u maħsuba biex titħaddem mill-konsumaturi, inklużi kompjuters personali, b’mod partikolari kompjuters desktop, notebooks, smartphones u tablets;

Artikolu 3 (40)

“kapaċità informatika interattiva” tfisser funzjonalità li tappoġġa interazzjoni bejn it-tagħmir u l-bniedem li tippermetti l-ipproċessar u t-trasmissjoni ta’ data, vuċi jew video jew kwalunkwe taħlita tagħhom;

Artikolu 3 (41)

“ktieb elettroniku u software ddedikat” tfisser servizz, li jikkonsisti mill-provvista ta’ fajls diġitali li jagħtu verżjoni elettronika ta’ ktieb, li jista’ jiġi aċċessat, navigat, jinqara u jintuża u s-software inkluż servizzi bbażati fuq tagħmir tal-mobile inklużi applikazzjonijiet mobbli ddedikat għall-aċċess, in-navigazzjoni u l-qari u l-użu ta’ dawk il-fajls diġitali, u teskludi software kopert skont id-definizzjoni fil-punt (42);

Artikolu 3 (42)

“qarrej elettroniku” tfisser tagħmir apposta, li jinkludi kemm hardware u software, użat għall-aċċess, in-navigazzjoni, il-qari u l-użu ta’ fajls ta’ kotba elettroniċi;

Artikolu 3 (43)

“biljetti elettroniċi” tfisser kwalunkwe sistema li fiha intitolament għall-ivvjaġġar, fil-forma ta’ biljetti tal-ivvjaġġar singoli jew multipli, abbonamenti tal-ivvjaġġar jew kreditu tal-ivvjaġġar, ikun maħżun elettronikament fuq kard tat-trasport fiżika jew tagħmir ieħor, minflok ma jiġi stampat fuq biljett tal-karti;

Artikolu 3 (44)

“servizzi ta’ ħruġ ta’ biljetti elettroniċi” tfisser kwalunkwe sistema li fiha biljetti tat-trasport tal-passiġġieri jinxtraw online inkluż billi jintuża tagħmir b’kapaċità informatika interattiva, u jitwasslu għand ix-xerrejja fil-forma elettronika, biex huma jkunu jistgħu jistampawhom fuq karta jew juruhom fuq tagħmir mobbli b’kapaċità informatika interattiva meta jivvjaġġaw.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0882
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.