+Artikolu 4 Rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
---+Artikolu 4 5
---+Artikolu 4 6
---+Artikolu 4 7
---+Artikolu 4 8
---+Artikolu 4 9

Artikolu 4 Rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, f’konformità mal-paragrafi 2, 3 u 5 ta’ dan l-Artikolu u soġġett għall-Artikolu 14, li l-operaturi ekonomiċi jpoġġu fis-suq biss il-prodotti u jipprovdu biss is-servizzi li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 4 2

2.   Il-prodotti kollha għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà stabbiliti fit-Taqsima I tal-Anness I.

Il-prodotti kollha, bl-eċċezzjoni tat-terminals self-service, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà stabbiliti fit-Taqsima II tal-Anness I.

Artikolu 4 3

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, is-servizzi kollha, ħlief is-servizzi tat-trasport urban u suburban u s-servizzi tat-trasport reġjonali, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima III tal-Anness I.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, is-servizzi kollha għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà stabbiliti fit-Taqsima IV tal-Anness I.

Artikolu 4 4

4.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali, l-ambjent mibni użat mill-klijenti tas-servizzi koperti minn din id-Direttiva għandu jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness III, sabiex jiżdied l-użu tagħhom minn persuni b’diżabbiltà.

Artikolu 4 5

5.   Il-mikrointrapriżi li jipprovdu servizzi) għandhom ikunu eżentati milli jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u minn kwalunkwe obbligu relatat mal-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 4 6

6.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu linji gwida u għodod lill-mikrointrapriżi biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw dawk l-għodod f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

Artikolu 4 7

7.   L-Istati Membri jistgħu jinfurmaw lill-operaturi ekonomiċi bl-eżempji indikattivi, li jinsabu fl-Anness II, ta’ soluzzjonijiet possibbli li jikkontribwixxu biex jiġu sodifatti r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà fl-Anness I.

Artikolu 4 8

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tweġib għall-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza għan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza ‘112’ mill-aktar PSAP adatt, għandu jikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi ta’ aċċessibbiltà stipulati fit-Taqsima V tal-Anness I bl-aktar mod adatt għall-organizzazzjoni nazzjonali tas-sistemi ta’ emerġenza.

Artikolu 4 9

9.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 26 biex tissupplimenta l-Anness I billi tispeċifika aktar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà li, minnhom infushom, ma jistgħux jipproduċu l-effett mixtieq tagħhom sakemm ma jkunux speċifikati aktar f’atti legali vinkolanti tal-Unjoni, bħar-rekwiżiti relatati mal-interoperabbiltà.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0882
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.