+Artikolu 9 Obbligi tal-importaturi
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3
---+Artikolu 9 4
---+Artikolu 9 5
---+Artikolu 9 6
---+Artikolu 9 7
---+Artikolu 9 8
---+Artikolu 9 9
|
Artikolu 9 Obbligi tal-importaturi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1
|
1. L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq biss prodotti konformi.
|
|
Artikolu 9 2
|
2. Qabel ma jqiegħdu prodott fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun wettaq il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness IV. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika meħtieġa minn dak l-Anness, li l-prodott ikollu fuqu t-tikketta CE u li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(5) u (6).
|
|
Artikolu 9 3
|
3. Fejn importatur iqis, jew ikollu raġuni biex jemmen, li prodott ma jkunx f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli ta’ din id-Direttiva, l-importatur ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq sakemm dan ikun inġieb f’konformità. Barra minn hekk, fejn il-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.
|
|
Artikolu 9 4
|
4. L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom u l-indirizz fejn jistgħu jiġu kkuntattjati rigward il-prodott jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
|
|
Artikolu 9 5
|
5. L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarin oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat.
|
|
Artikolu 9 6
|
6. L-importaturi għandhom jiżguraw li, waqt li prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew ta’ trasport ma jipperikolawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli.
|
|
Artikolu 9 7
|
7. L-importaturi għandhom, għal perijodu ta’ ħames snin, iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun tista’ ssir disponibbli għal dawk l-awtoritajiet fuq talba.
|
|
Artikolu 9 8
|
8. L-importaturi li jqisu, jew li jkollhom raġuni jemmnu, li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx f’konformità ma’ din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott jinġieb f’konformità, jew, jekk adatt, biex jirtirawh. Barra minn hekk, fejn il-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli, l-importaturi għandhom minnufih jinfurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nonkonformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda. F’tali każijiet, l-importaturi għandhom iżommu reġistru tal-prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli, u tal-ilmenti relatati.
|
|
Artikolu 9 9
|
9. L-importaturi għandhom, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta’ prodott b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq it-talba tagħha, fir-rigward ta’ kwalunkwe azzjoni meħuda biex tiġi eliminata n-nonkonformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli ta’ prodotti, li jkunu qiegħdu fis-suq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0882
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|