8. L-importaturi li jqisu, jew li jkollhom raġuni jemmnu, li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx f’konformità ma’ din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott jinġieb f’konformità, jew, jekk adatt, biex jirtirawh. Barra minn hekk, fejn il-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli, l-importaturi għandhom minnufih jinfurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nonkonformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda. F’tali każijiet, l-importaturi għandhom iżommu reġistru tal-prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli, u tal-ilmenti relatati.