+Artikolu 13 Obbligi tal-fornituri ta’ servizzi
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
---+Artikolu 13 3
---+Artikolu 13 4
---+Artikolu 13 5
|
Artikolu 13 Obbligi tal-fornituri ta’ servizzi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1
|
1. Il-fornituri ta’ servizzi għandhom jiżguraw li jfasslu u jipprovdu s-servizzi f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà ta’ din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 13 2
|
2. Il-fornituri ta’ servizzi għandhom iħejju l-informazzjoni meħtieġa f’konformità mal-Anness V u għandhom jispjegaw kif is-servizzi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku f’format bil-miktub u bil-fomm, inkluż b’mod li jkun aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà. Il-fornituri ta’ servizzi għandhom iżommu dik l-informazzjoni sakemm ikun qed jitħaddem is-servizz.
|
|
Artikolu 13 3
|
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 32, il-fornituri ta’ servizzi għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti proċeduri sabiex il-provvista ta’ servizzi tibqa’ f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli. IBidliet fil-karatteristiċi tal-provvista tas-servizz, bidliet fir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli u bidliet fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li b’referenza għalihom servizz jiġi ddikjarat li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għandhom jitqiesu b’mod adatt mill-fornituri ta’ servizzi.
|
|
Artikolu 13 4
|
4. Fil-każ ta’ nonkonformità, il-fornituri ta’ servizzi għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex iġibu s-servizz f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli. Barra minn hekk, fejn is-servizz ma jkunx f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli, il-fornituri ta’ servizzi għandhom minnufih jinfurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri, li fihom jiġi pprovdut is-servizz, għal dak l-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nonkonformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.
|
|
Artikolu 13 5
|
5. Il-fornituri ta’ servizzi għandhom, fuq talba motivata minn awtorità kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tas-servizz mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba ta’ dik l-awtorità, fir-rigward ta’ kwalunkwe azzjoni meħuda biex is-servizz jinġieb f’konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0882
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|