3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 32, il-fornituri ta’ servizzi għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti proċeduri sabiex il-provvista ta’ servizzi tibqa’ f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli. IBidliet fil-karatteristiċi tal-provvista tas-servizz, bidliet fir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli u bidliet fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li b’referenza għalihom servizz jiġi ddikjarat li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għandhom jitqiesu b’mod adatt mill-fornituri ta’ servizzi.