2. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura mudell stabbilita fl-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE. Għandu jkun fiha l-elementi speċifikati fl-Anness IV għal din id-Direttiva u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Ir-rekwiżiti dwar id-dokumentazzjoni teknika għandhom jevitaw li jimponu kwalunkwe piż żejjed għall-mikrointrapriżi u l-SMEs. Għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew fil-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru li fis-suq tiegħu jitqiegħed jew isir disponibbli fis-suq il-prodott.