+Artikolu 16 Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE tal-prodotti
---+Artikolu 16 1
---+Artikolu 16 2
---+Artikolu 16 3
---+Artikolu 16 4
|
Artikolu 16 Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE tal-prodotti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1
|
1. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li jkun intwera li ġew issodisfatti r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbl. Fejn, bħala eċċezzjoni, ikun intuża l-Artikolu 14, id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara liema rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà jkunu soġġetti għal dik l-eċċezzjoni.
|
|
Artikolu 16 2
|
2. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura mudell stabbilita fl-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE. Għandu jkun fiha l-elementi speċifikati fl-Anness IV għal din id-Direttiva u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Ir-rekwiżiti dwar id-dokumentazzjoni teknika għandhom jevitaw li jimponu kwalunkwe piż żejjed għall-mikrointrapriżi u l-SMEs. Għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew fil-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru li fis-suq tiegħu jitqiegħed jew isir disponibbli fis-suq il-prodott.
|
|
Artikolu 16 3
|
3. Fejn prodott ikun soġġett għal aktar minn att wieħed tal-Unjoni li jirrikjedi dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, għandha titfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE unika fir-rigward tat-tali atti tal-Unjoni kollha. Dik id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha l-identifikazzjoni tal-atti kkonċernati inkluż ir-referenzi tal-pubblikazzjoni.
|
|
Artikolu 16 4
|
4. Meta jfassal id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur għandu jerfa’ r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0882
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|