+Artikolu 19 Sorveljanza tas-suq tal-prodotti
---+Artikolu 19 1
---+Artikolu 19 2
---+Artikolu 19 3

Artikolu 19 Sorveljanza tas-suq tal-prodotti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1

1.   L-Artikolu 15(3), l-Artikoli 16 sa 19, l-Artikolu 21, l-Artikoli 23 sa 28 u l-Artikolu 29(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għall-prodotti.

Artikolu 19 2

2.   Meta jwettqu sorveljanza tas-suq tal-prodotti, l-awtoritajiet rilevanti tas-sorveljanza tas-suq għandhom, meta l-operatur ekonomiku jkun serraħ fuq l-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva:

(a)

jivverifikaw li l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 tkun twettqet mill-operatur ekonomiku;

(b)

jirrieżaminaw dik il-valutazzjoni u r-riżultati tagħha, inkluż l-użu korrett tal-kriterji stabbiliti fl-Anness VI; u

(c)

jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli.

Artikolu 19 3

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni miżmuma minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar il-konformità tal-operaturi ekonomiċi mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli ta’ din id-Direttiva u l-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 14, issir disponibbli lill-konsumaturi fuq talba u f’format aċċessibbli, ħlief fejn dik l-informazzjoni ma tkunx tista’ tingħata għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità kif previst fl-Artikolu 19(5) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0882
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.