+Artikolu 20 Proċedura fil-livell nazzjonali għat-trattament ta’ prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli
---+Artikolu 20 1
---+Artikolu 20 2
---+Artikolu 20 3
---+Artikolu 20 4
---+Artikolu 20 5
---+Artikolu 20 6
---+Artikolu 20 7
---+Artikolu 20 8
|
Artikolu 20 Proċedura fil-livell nazzjonali għat-trattament ta’ prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1
|
1. Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed ikollhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li prodott kopert minn din id-Direttiva ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli, għandhom iwettqu evalwazzjoni b’rabta mal-prodott ikkonċernat li tkopri r-rekwiżiti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw b’mod sħiħ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal dak l-għan.
Meta, matul l-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-azzjonijiet korrettivi kollha xierqa biex il-prodott isir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, li jikkorrispondi għan-natura tan-nonkonformità, kif jista’ jkun preskritt minnhom.
L-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq għandhom jeħtieġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jirtira l-prodott mis-suq, f’perijodu ta’ żmien raġonevoli addizzjonali, biss jekk l-operatur ekonomiku rilevanti jkun naqas milli jieħu azzjoni korrettiva adegwata fil-perijodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu.
L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 20 2
|
2. Meta l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq iqisu li n-nonkonformità mhix limitata biss għat-territorju nazzjonali tagħhom, dawn għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni u dwar l-azzjonijiet li huma talbu lill-operatur ekonomiku jieħu.
|
|
Artikolu 20 3
|
3. L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed l-azzjoni korrettiva xierqa kollha fir-rigward tal-prodotti kkonċernati kollha li jkun qiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq fl-Unjoni kollha.
|
|
Artikolu 20 4
|
4. Meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jieħux azzjoni korrettiva xierqa fil-perijodu ta’ żmien imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri proviżorji kollha xierqa biex jipprojbixxu jew jillimitaw il-prodotti li jkunu qed isiru disponibbli fis-swieq nazzjonali tagħhom jew biex jirtiraw il-prodott minn dak is-suq.
L-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dawk il-miżuri.
|
|
Artikolu 20 5
|
5. L-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b’mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodott mhux konformi, l-oriġini tal-prodott, in-natura tan-nonkonformità allegata u r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà li l-prodott ma jikkonformax magħhom, in-natura u t-tul tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nonkonformità hix dovuta jew:
|
(a)
|
għan-nonkonformità tal-prodott mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli; jew
|
|
(b)
|
għan-nuqqasijiet fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 15 li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità.
|
|
|
Artikolu 20 6
|
6. L-Istati Membri, għajr l-Istat Membru li jkun beda l-proċeduraskont dan l-Artikolu għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe miżura adottata u dwar kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dwar in-nonkonformità tal-prodott ikkonċernat, u, jekk ma jaqblux mal-miżura nazzjonali notifikata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.
|
|
Artikolu 20 7
|
7. Meta, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la minn Stat Membru u lanqas mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ miżura proviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies bħala ġustifikata.
|
|
Artikolu 20 8
|
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu mingħajr dewmien l-miżuri restrittivi xierqa, bħall-irtirar tal-prodott mis-suq, fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0882
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|