|
+Artikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni u mira ---+Article 1 1. ---+Article 1 2. ---+Article 1 3. |
Artikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni u miraArtikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni u mira 1. Din id-Direttiva tipprevedi l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri meħtieġa biex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta’ protezzjoni ta’ drittijiet u libertajiet fundamentali, partikolarment id-dritt għall-privatezza u l-kunfidenzjalità, fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u sabiex jiġi żgurat il-moviment liberu ta’ tali data u tat-tagħmir u s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità. 2. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jippartikularizzaw u jikkomplementaw id-Direttiva 95/46/KE għall-iskopijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Minbarra hekk, jipprovdu għall-ħarsien ta' l-interessi leġittimi ta' l-abbonati li huma persuni legali. 3. Din id-Direttiva ma tgħoddx għal attivitajiet li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bħal dawk koperti mit-Titoli V u VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u f’ kull każ għal attivitajiet li jikkonċernaw is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurta ta' l-Istat (inkluż il-benessere ekonomiku ta' l-Istat meta l-attivitajiet jirrigwardaw affarjiet ta' sigurtà ta' l-Istat) u l-attivitajiet ta' l-Istat f'oqsma tal-liġi kriminali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|