+ID-DIRETTIVA 2002/58/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika(Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)
---+Artikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni u mira
------+Article 1 1.
------+Article 1 2.
------+Article 1 3.
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Servizzi konċernati
---+Artikolu 4 ►M2Sigurtà ta’ pproċessar◄
------+Article 4 1.
------+Article 4 1a.
------+Article 4 2.
------+Article 4 3.
------+Article 4 4.
------+Article 4 5.
---+Artikolu 5 Konfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet
------+Article 5 1.
------+Article 5 2.
------+Article 5 3.
---+Artikolu 6 Datadwar it-traffiku
------+Article 6 1.
------+Article 6 2.
------+Article 6 3.
------+Article 6 4.
------+Article 6 5.
------+Article 6 6.
---+Artikolu 7 Kontijiet dettaljati
------+Article 7 1.
------+Article 7 2.
---+Artikolu 8 Preżentazzjoni u restrizzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ jew konnessa
------+Article 8 1.
------+Article 8 2.
------+Article 8 3.
------+Article 8 4.
------+Article 8 5.
------+Article 8 6.
---+Artikolu 9 Datadwar is-sit li ma tkunxdatadwar it -traffiku
------+Article 9 1.
------+Article 9 2.
------+Article 9 3.
---+Artikolu 10 Eċċezzjonijiet
---+Artikolu 11 Trasferiment awtomatiku tas-sejħiet
---+Artikolu 12 Direttorji ta' l-abbonati
------+Article 12 1.
------+Article 12 2.
------+Article 12 3.
------+Article 12 4.
---+Artikolu 13 Komunikazzjoni mhux mitluba
------+Article 13 1.
------+Article 13 2.
------+Article 13 3.
------+Article 13 4.
------+Article 13 5.
------+Article 13 6.
---+Artikolu 14 Karatterisitiċi tekniċi u standardizzazzjoni
------+Article 14 1.
------+Article 14 2.
------+Article 14 3.
---+Artikolu 14a Proċeduta tal-Kumitat
------+Article 14a 1.
------+Article 14a 2.
------+Article 14a 3.
---+Artikolu 15 Applikazzjoni ta' xi disposizzjonijet tad-Direttiva 95/46/KE
------+Article 15 1.
------+Article 15 1a.
------+Article 15 1b.
------+Article 15 2.
------+Article 15 3.
---+Artikolu 15a Implimentazzjoni u infurzar
------+Article 15a 1.
------+Article 15a 2.
------+Article 15a 3.
------+Article 15a 4.
---+Artikolu 16 Arranġamenti tranżitorji
------+Article 16 1.
------+Article 16 2.
---+Artikolu 17 Transpożizzjoni
------+Article 17 1.
------+Article 17 2.
---+Artikolu 18 Reviżjoni
---+Artikolu 19 Tħassir
---+Artikolu 20 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 21 Indirizzati
|
English -
European Union -
Data Privacy -
ICT -
ID-DIRETTIVA 2002/58/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika(Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)
ID-DIRETTIVA 2002/58/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika(Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni u mira
|
Artikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni u mira
▼M2
1. Din id-Direttiva tipprevedi l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri meħtieġa biex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta’ protezzjoni ta’ drittijiet u libertajiet fundamentali, partikolarment id-dritt għall-privatezza u l-kunfidenzjalità, fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u sabiex jiġi żgurat il-moviment liberu ta’ tali data u tat-tagħmir u s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità.
▼B
2. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jippartikularizzaw u jikkomplementaw id-Direttiva 95/46/KE għall-iskopijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Minbarra hekk, jipprovdu għall-ħarsien ta' l-interessi leġittimi ta' l-abbonati li huma persuni legali. 3. Din id-Direttiva ma tgħoddx għal attivitajiet li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bħal dawk koperti mit-Titoli V u VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u f’ kull każ għal attivitajiet li jikkonċernaw is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurta ta' l-Istat (inkluż il-benessere ekonomiku ta' l-Istat meta l-attivitajiet jirrigwardaw affarjiet ta' sigurtà ta' l-Istat) u l-attivitajiet ta' l-Istat f'oqsma tal-liġi kriminali.
|
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet Ħlief kif provdut mod ieħor, għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet fid-Direttiva 95/46/KE u fid-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (
8
). Għandhom jgħoddu wkoll dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) “utent” tfisser kull persuna naturali li tuża servizz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament, għal skopijiet privati jew ta' negozju, mingħajr ma tkun neċessarjament abbonat għal dan is-servizz;
(b) “Data dwar it-traffiku” tfisser data pproċessata għall-iskopijiet li titntbagħat komunikazzjoni fuq network ta' komunikazzjoni elettonika jew biex isir il-kont għaliha;
▼M2
(c) “data dwar is-sit” tfisser data pproċessata f’network ta’ komunikazzjoni elettronika jew minn servizz ta’ komunikazzjoni elettronika, li tindika il-pożizzjoni ġeografika tat-tagħmir terminali ta’ utent ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament;
▼B
(d) “komunikazzjoni” tfisser informazzjoni skambjata jew mibgħuta bejn numru finit ta' partijiet permezz ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament. Dan ma jinkludix informazzjoni mibgħuta bħala parti minn servizz ta' xandir lill-pubbliku fuq network ta' komunikazzjoni elettronika, ħlief sa fejn l-informazzjoni tista' tkun relatata ma' l-abbonat jew utent identifikabbli li jirċievi l-informazzjoni;
▼M2 —————
▼B
(f) “kunsens” minn utent jew abbonat jikkorrespondi għall-kusnens tas-suġġett tad-data fid-Direttiva 95/46/KE;
(g) “servizz bil-valur miżjud” tfisser kull servizz li jeħtieġ l-ipproċessar ta' data dwar it-traffiku jew data dwar is-sit minbarra data dwar it-traffiku 'l hinn minndak li huwa neċessarju għat-trasmissjoni ta' komunikazzjoni jew biex jingħata kont għaliha;
(h) “posta elettronika” tfisser kull messaġġ ta' test, leħen, ħoss jew stampi mibgħut fuq network ta' komunikazzjoni pubblika li jista' jinħażen fin-network jew fit-tagħmir terminali tar-riċevent sakemm jinġabar mir-riċevent;
▼M2
►C1
(i) “ksur ta’ data personali” tfisser ◄ ksur tas-sigurtà li jwassal għall-qerda, it-telf, l-alterazzjoni, l-iżvelar mhux awtorizzat b’mod aċċidentali jew illegali ta', jew l-aċċess għal, data personali mibgħuta, maħżuna jew ipproċessata b’mod ieħor f’konnessjoni mal-provvediment ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament fil-Komunità.
▼M2
|
|
Artikolu 3 Servizzi konċernati
|
Artikolu 3 Servizzi konċernati Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali f’konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli f’networks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi fil-Komunità, inklużi n-networks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi li jsostnu l-ġbir tad-data u l-apparat ta’ identifikazzjoni.
▼B
|
|
Artikolu 4 ►M2Sigurtà ta’ pproċessar◄
|
Artikolu 4
►M2
Sigurtà ta’ pproċessar ◄
1. Il-provditur ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament għandu jieħu passi xierqa tekniċi u ta' organizzazzjoni biex jissalvagwardja s-sigurtà tas-servizzi tiegħu, jekk meħtieġ flimkien mal-provditur tan-network ta' komunikazzjoni pubblika fir-rigward tas-sigurtà tan-network. Filwaqt li tiġi kkunsidrata l-istat l-aktar avvanzat u l-ispiża ta' l-implimentazzjoni tagħhom, dawn il-miżuri għandhom jiżguraw livell ta' sigurtà xieraq għar-riskju ppreżentat.
▼M2
1a. Mingħajr ħsara għad-Direttiva 95/46/KE, il-miżuri msemmija f’Paragrafu 1 għandhom għall-inqas:
— jassiguraw li d-data personali tkun tista’ tiġi aċċessata biss minn persunal awtorizzat u għal raġunijiet awtorizzati legalment;
— jipproteġu d-data personali maħżuna jew trażmessa mill-qerda aċċidentali jew illegali, it-telf jew tibdil aċċidentali, u l-ħżin, l-ipproċessar, l-aċċess jew l-iżvelar mhux awtorizzati jew illegali; kif ukoll
— jassiguraw l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ sigurtà fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali.
L-awtoritajiet nazzjonali relevanti għandhom ikunu jistgħu jivverifikaw il-miżuri li jkunu ttieħdu mill-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika aċċessibbli għall-pubbliku u joħorġu rakkomandazzjonijiet dwar l-aħjar prattika fir-rigward tal-livell ta’ sigurtà li għandhom jiksbu dawn il-miżuri.
▼B
2. Fil-każ ta' riskju partikolari ta' vjolazzjoni tas-sigurtà tan-network, il-provditur ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament għandu jinforma lill-abbonati dwar dan ir-riskju u, fejn dan ir-riskju huwa lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu mill-provditur tas-servizz, dwar kull rimedji possibbli, inkluża indikazzjoni ta' l-ispejjeż x'aktarx involuti.
▼M2
3. Fil-każ ta’ ksur ta’ data personali l-fornitur ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika pubblikament disponibbli konċernat jew is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni kkonċernati għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jinnotifkaw il-ksur tad-data personali lill-awtorità nazzjonali kompetenti. Meta l-ksur tad-data personali jista’ jaffettwa ħażin l-abbonat jew id-data personali jew il-privatezza tal-individwu, il-fornitur għandu wkoll jinnotifika l-abbonat ikkonċernat jew lill-individwu b’tali ksur mingħajr dewmien żejjed. Ma għandhiex tkun meħtieġa notifika ta’ ksur ta’ data personali lilll-abbonat jew lill-individwu ikkonċernat jekk il-fornitur ikun wera lill-awtorità kompetenti li jkun implimenta l-miżuri ta’ protezzjoni teknoloġiċi adatti, u li dawk il-miżuri ġew applikati għad-data kkonċernata mill-ksur tas-sigurtà. Tali miżuri ta’ protezzjoni teknoloġiċi għandhom irendu d-data indeċifrabbli għal kull persuna li ma tkunx awtorizzata li jkollha aċċess għaliha. Mingħajr ħsara għall-obbligu tal-fornitur li jinnotifika lill-abbonati jew lill-individwi ikkonċernati, jekk fornitur ma jkunx diġa nnotifika lill-abbonat jew individwu dwar ksur ta’ data personali, l-awtorità nazzjonali kompetenti, wara li tkun ikkunsdrat l-effeti negattivi li jista’ jkollu l-ksur, tista’ tirrikjedi lill-fornitur biex jagħmel dan. In-notifika lill-abbonat jew individwu għandha mill-inqas tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-data personali u l-punti ta’ kuntatt fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni, u għandha tirrakkomanda miżuri biex itaffu l-effetti negattivi possibbli tal-ksur tad-data personali. In-notifika lill-awtorità nazzjonali kompetenti għandha, barra minn dan, tiddeskrivi l-konsegwenzi ta’ u l-miżuri proposti jew meħuda mill-fornitur biex jiġi ttrattat il-ksur tad-data personali. 4. Suġġett għal kwalunkwe miżuri tekniċi ta’ implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 5, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jadottaw linji gwida u, fejn meħtieġ, joħorġu struzzjonijiet dwar iċ-ċirkostanzi li fihom il-fornituri huma meħtieġa li jinnotifikaw ksur tad-data personali, il-format ta’ tali notifika u l-proċeduri tan-notifika. Huma għandhom jissorveljaw ukoll jekk il-fornituri jkunux issodisfaw l-obbligi tagħhom tan-notifika skont dan il-paragrafu, u fil-każ li dan ma jkunx sar, għandhom jimponu sanzjonijiet adegwati. Il-fornituri għandhom iżommu inventarju tal-każijiet ta’ ksur ta’ data personali, li jkun jinkludi l-fatti ta’ dawn il-każijiet ta’ ksur, l-effetti tagħhom u l-azzjoni li ttieħdet biex jingħata rimedju, li għandu jkun biżżejjed sabiex l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu jistgħu jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3. L-inventarju għandu jinkludi biss l-informazzjoni meħtieġa għal dan l-iskop. 5. Sabiex tiġi żgurata konsistenza fl-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4, il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA), il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Protezzjoni ta’ Individwi rigward l-Ipproċessar ta’ Data Personali mwaqqaf mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni tekniċi li jikkonċernaw, iċ-ċirkostanzi, il-format u l-proċeduri applikabbli għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni u notifika msemmija f’dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tinvolvi lill-partijiet interessati kollha, partikolarment sabiex tkun infurmata dwar l-aħjar mezzi tekniċi u ekonomiċi disponibbli għall-implementazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14a(2).
▼B
|
|
Artikolu 5 Konfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet
|
Artikolu 5 Konfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u data dwar it-traffiku relatati permezz ta' network ta' komunikazzjoni pubblika u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament, permezz ta' liġijiet nazzjonali. Partikolarment għandhom jipprojbixxu s-smigħ, tapping, ħażna jew modi oħrajn ta' interċettazzjoni jew sorveljanza ta' komunikazzjonijiet u d-data dwar it-traffiku relatati minn persuni minbarra l-utenti, mingħajr il-kunsens ta' l-utenti konċernati, ħlief fejn legalment awtorizzati li jagħmlu dan skond l-Artikolu 15(1). Dan il-paragrafu m'għandux jipprevjeni l-ħażna teknika li hija meħtieġa biex tintbagħat komunikazzjoni mingħajr preġudizzju għall-prinċijpju tal-kunfidenzjalità. 2. Il-paragrafu 1 m'għandux jaffettwa reġistrazzjoni legalment awtorizzata ta' komunikazzjonijiet u tad-data dwar it-trafffiku relatati meta mwettqa fil-kors ta' prattika tal-kummerċ legali għall-iskop li tiġi pprovduta prova ta' transazzjoni kummerċjali jew kull komunikazzjoni oħra kummerċjali.
▼M2
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħżin tal-informazzjoni, jew il-ksib tal-aċċess għall-informazzjoni diġà maħżuna, fit-tagħmir terminali ta’ abbonat jew utent huma permessi biss bil-kondizzjoni li l-abbonat jew l-utent ikkonċernati ikunu taw il-kunsens tagħhom, wara li jkunu ġew provduti b’informazzjoni ċara u komprensiva skont id-Direttiva 95/46/KE, dwar inter alia l-għanijiet tal-ipproċessar mill-kontrollur tad-data. Dan ma jimpedixxi l-ebda ħżin jew aċċess tekniku għall-għan esklużiv ta’ implimentazzjoni tat-trażmissjoni ta’ komunikazzjoni fuq network ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, jew kif strettament meħtieġ sabiex il-fornitur ta’ servizz tal-informazzjoni tas-soċjetà espliċitament mitlub mill-abbonat jew l-utent biex jipprovdi s-servizz.
▼B
|
|
Artikolu 6 Datadwar it-traffiku
|
Artikolu 6
Data dwar it-traffiku 1. Data dwar it-traffiku relatata ma’ abbonati u utenti ipproċessat u maħżun mill-provditur ta' network pubbliku ta' komunikazzjonijiet jew servizz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament għandhom jitħassru jew jiġu magħmula anonimi meta m'għadhomx aktar meħtieġa għall-iskop tat-trasmissjoni ta' komunikazzjoni mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2, 3 u 5 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 15(1). 2. Data dwar it-traffiku meħtieġa biex isiru l-kontijiet ta' l-abbonati u ħlasijiet ta' interkonnessjoni jistgħu jiġu proċessati. Tali proċessar huwa permissibbli biss sat-tmiem tal-perjodu li fih il-kont jista’ legalment jiġi kkontestat jew il-ħlas jiġi persegwit.
▼M2
3. Għall-iskopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jew għall-provvista ta’ servizzi bil-valur miżjud, il-fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament jista’ jipproċessa d-data msemmija fil-paragrafu 1 sa fejn u għaż-żmien meħtieġ għal dawn is-servizzi jew kummerċjalizzazzjoni, jekk l-abbonat jew l-utent li għalih tirrelata d-data jkun ta l-kunsens tiegħu/tagħha minn qabel. L-utenti jew abbonati għandhom jingħataw il-possibilità li jirtiraw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tad-data dwar it-traffiku f’kull ħin.
▼B
4. Il-provditur tas-servizz għandu jinforma lill-abbonat jew utent dwar it-tipi ta'data dwar it-traffiku li huma pproċessati u dwar iż-żmien ta' dan l-ipproċessar għall-iskopijiet imsemmija fil-paragrafu 2, u qabel ma jakkwista l-kunsens, għall-iskopijiet imsemmija fil-paragrafu 3. 5. L-ipproċessar ta' data dwar it-traffiku, skond il-paragrafi 1, 2, 3 u 4, għandu jiġi ristrett għal persuni li jaġixxu taħt l-awtorità ta' provdituri ta' network pubbliku ta' komunikazzjonijiet jew servizz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament li jġestixxu l-kontijiet jew it-traffiku, talbiet tal-klijenti, skoperta tal-frodi, marketing ta' komunikazzjoni elettronika kummerċjali jew il-provvista ta' servizz bil-valur miżjud, u għandu jkun ristrett għal dak li huwa meħtieġ għall-iskop ta' dawn l-attivitajiet. 6. Il-paragrafi 1, 2, 3 u 5 għandhom jgħoddu bla preġudizzu għall-possibilità ta' korpij kompetenti li jiġu informati dwar data dwar it-traffiku skond il-leġislazzjoni applikabbli sabiex jiġu riżolti d-disputi, partikolarment disputi dwar interkonnessjoni jew kontijiet.
|
|
Artikolu 7 Kontijiet dettaljati
|
Artikolu 7 Kontijiet dettaljati 1. L-abbonati għandu jkollhom id-dritt li jirċievu kontijiet mhux dettaljati. 2. L-Istati Membri għandhom japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali sabiex jirrikonċiljaw id-drittijiet ta' l-abbonati li jirċievu kontijiet dettaljati mad-dritt tal-privatezza ta' utenti li jsejħu u abbonati li ġew imsejħa, per eżempju billi jiżguraw li huma disponibbli għal tali abbonati jew utenti metodi suffiċjenti alternativi li jsaħħu l-privatezza tal-komunikazzjonijiiet jew ħlasijiet.
|
|
Artikolu 8 Preżentazzjoni u restrizzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ jew konnessa
|
Artikolu 8 Preżentazzjoni u restrizzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ jew konnessa 1. Fejn tiġi offruta preżentazzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ, il-provditur tas-servizz għandu joffri lill-utent li qed isejjaħ il-possibilità, bl-użu ta' mezz sempliċi mingħajr ħlas, tal-prevenzjoni tal-preżentazzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ fuq bażi per-call. L-abbonat li jsejjaħ għandu jkollu din il-possibilità fuq bażi per-line. 2. Fejn tiġi offruta preżentazzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ, il-provditur tas-servizz għandu joffri lill-utent li qed jissejjaħ il-possibilità, bl-użu ta' mezz sempliċi mingħajr ħlas ghal użu raġonevoli ta' din il-funzjoni, li jipprevjeni l-preżentazzjoni ta' l-identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ ta' sejħiet li jkunu deħlin. 3. Fejn tiġi offruta preżentazzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ, u fejn l-identifikazzjoni tal-linja li qed issejjaħ tiġi ppreżentata qabel ma tiġi stabbilita s-sejħa, il-provditur tas-servizz għandu joffri lill-abbonat imsejjaħ il-possibilità, bl-użu ta' mezz sempliċi, li jiċħad is-sejħiet li deħlin fejn il-preżentazzjoni ta' l-identifikazzjoni tal-linja li qed issejjaħ tkun ġiet prevenuta mill-utent jew l-abbonat li qed isejjaħ. 4. Fejn tiġi offruta preżentazzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja konnessa, il-provditur tas-servizz għandu joffri lill-abbonat imsejjaħ il-possibilità, bl-użu ta' mezz sempliċi mingħajr ħlas, li jipprevjeni l-preżentazzjoni ta' l-identifikazzjoni tal-linja konnessa lill-utent li qed isejjaħ. 5. Il-paragrafu 1 għandu jgħodd ukoll rigward sejħiet lil pajjiżi terzi li joriġinaw fil-Komunità. Il-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom jgħoddu wkoll għal sejħiet li deħlin li joriġinaw f'pajjiżi terzi. 6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn tiġi offruta preżentazzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ u/jew konnessa, il-provdituri tas-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament jinfurmaw lill-pubbliku dwar dan u dwar il-possibiltajiet stabbiliti fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4.
|
|
Artikolu 9 Datadwar is-sit li ma tkunxdatadwar it -traffiku
|
Artikolu 9
Data dwar is-sit li ma tkunx data dwar it -traffiku 1. Fejn id-data dwar is-sit li ma tkunx data dwar it-traffiku, relatata ma’ utenti jew abbonati ta' networks pubbliċi ta' komunikazzjoni jew servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament, tista tiġi pproċessata, din id-data tista’ tiġi pproċessata biss fejn tkun ġiet magħmula anonima, jew bil-kunsens ta' l-utenti jew ta' l-abbonati sa fejn u għaż-żmien meħtieġ għall-provvista ta' servizz bil-valur miżjud. Il-provditur tas-servizz għandu jinforma lill-utenti jew abbonati, qabel ma jakkwista l-kunsens tagħhom, dwar it-tip ta' data dwar is-sit li ma tkunx data dwar it-traffiku li ser tiġi pproċessata, dwar l-iskopijiet u ż-żmien ta' l-ipproċessar u jekk id-data hix ser tiġi trasmessa lil xi terza persuna għall-iskop li jkunprovdut servizz bil-valur miżjud. L-utenti jew l-abbonati għandhom jingħataw il-possibbilità li jirtiraw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta' data dwar is-sit li mhix data dwar it-traffiku f'kull ħin. 2. Fejn ġie akkwistat il-kunsens ta' l-utenti jew l-abbonati għall-ipproċessar ta' data dwar is-sit li ma tkunx id-data dwar it-traffiku, l-utent jew l-abbonat għandu jkompli jkollu l-possibilità, bl-użu ta' mezz sempliċi u mingħajr ħlas, li temporanjament jirrifjuta l-ipproċessar ta' din id-data għal kull konnessjoni man-network jew għal kull trasmissjoni ta' komunikazzjoni. 3. Proċessar ta' data dwar is-sit li ma tkunx data dwar it-traffiku skond il-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi ristrett għal persuni li jaġixxu taħt l-awtorità tal-provditur ta' network pubbliku ta' komunikazzjonijiet jew servizz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament jew tat-terza persuna li tipprovdi s-servizz bil-valur miżjud, u għandu jiġi ristrett għal dak li huwa meħtieġ għall-iskopijiet tal-provvista tas-servizz bil-valur miżjud.
|
|
Artikolu 10 Eċċezzjonijiet
|
Artikolu 10 Eċċezzjonijiet L-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm proċeduri trasparenti li jirregolaw il-mod li bih provditur ta' network pubbliku ta' komunikazzjonijiet u/jew servizz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament jista' jwarrab:
(a) l-eliminazzjoni tal-preżentazzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ fuq bażi temporanja, fuq applikazzjoni ta' abbonat li jitlob l-intraċċar ta' sejħiet malizjużi jew ta' inkonvenjent. F'dan il-każ, skond il-liġi nazzjonali, id-data li fiha l-identifikazzjoni ta' l-abbonat li qed isejjaħ jinħażnu u jkunu disponibbli mill-provditur ta' network pubbliku ta' komunikazzjonijiet u/jew servizz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament;
(b) l-eliminazzjoni tal-preżentazzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ u ċ-ċaħda jew nuqqas temporanju tal-kunsens ta' l-abbonat jew l-utent għall-ipproċessar ta' data dwar is-sit, fuq bażi per-line għal organizzazzjonijiet li jittrattaw sejħiet ta' emerġenza u rikonoxxuti bħala tali minn Stat Membru, inklużi aġenziji li jinfurzaw il-liġi, servizzi ta' ambulanzi u servizzi tat-tifi tan-nar, għall-iskopijiet li dawn is-sejħiet jitwieġbu.
|
|
Artikolu 11 Trasferiment awtomatiku tas-sejħiet
|
Artikolu 11 Trasferiment awtomatiku tas-sejħiet L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull abbonat għandu l-possibbilità, bl-użu ta' mezz sempliċi u mingħajr ħlas, li jwaqqaf it-trasferiment awtomatiku minn terza persuna lit-terminal ta' l-abbonat.
|
|
Artikolu 12 Direttorji ta' l-abbonati
|
Artikolu 12 Direttorji ta' l-abbonati 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbonati huma infurmati, mingħajr ħlas u qabel ma jiġu inklużi f'direttorji, dwar l-iskop(ijiet) ta' direttorju stampat jew elettroniku ta' l-abbonati disponibbli għall-pubbliku jew li jista’ jiġi akkwistat minn servizz ta' talbiet tad-direttorju, li fihom id-data personali tagħhom jistgħu jiġu inklużi u dwar possibilitajiet ta' użu ulterjuri bbażati fuq funzjonijiet ta' tfittxija inkorporati fil-verżjonijiet elettroniċi tad-direttorju. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbonati jingħataw l-opportunità li jiddeterminaw jekk id-data personali tagħhom humiex inklużi f'direttorju pubbliku, u jekk iva, sa fejn tali data huma rilevanti għall-iskopijiet tad-direttorju kif determinat mill-provditur tad-direttorju, u li jivverifikaw, jikkoreġu jew jirtiraw din id-data. Għandu jkun mingħajr ħlas li wieħed ma jkunx inkluż f'direttorju ta' l-abbonati, kif ukoll, li tkun ivverifikata, ikkoreġuta jew irtirata d-data personali minnu. 3. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li għal kull skop ta' direttorju pubbliku minbarra t-tfittxija ta' dettalji tal-kuntatt ta' persuni fuq il-bażi ta' isimhom u, fejn meħtieġ, minimu ta' identifikaturi oħrajn, jista’ jintalab kunsens ulterjuri ta' l-abbonati. 4. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom jgħoddu għal abbonati li huma persuni naturali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll, fil-kwadru tal-liġi Komunitarja u l-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli, li l-interessi leġittimi ta' abbonati minbarra persuni naturali rigward id-dħul tagħhom fid-direttorji pubbliċi huma mħarsa b'mod suffiċjenti.
▼M2
|
|
Artikolu 13 Komunikazzjoni mhux mitluba
|
Artikolu 13 Komunikazzjoni mhux mitluba 1. L-użu ta’ sistemi ta’ sejħiet awtomatizzati u ta’ komunikazzjoni, mingħajr l-intervent uman (magni ta’ sejħiet awtomatiċi), magni tal-facsimile (fax) jew posta elettronika għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta jista’ jkun permess biss fir-rigward ta’ abbonati jew utenti li jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel. 2. Minkejja l-paragrafu 1, fejn persuna naturali jew legali tikseb mill-klijenti tagħha d-dettalji ta’ kuntatt elettroniċi għall-posta elettronika, fil-kuntest ta’ bejgħ ta’ prodott jew servizz, skont id-Direttiva 95/46/KE, l-istess persuna naturali jew legali tista’ tuża dawn id-dettalji ta’ kuntatt elettroniċi għall-kummerċjalizzazzjoni diretta tal-prodotti jew servizzi simili tagħha stess, dment li l-klijenti jingħataw b’mod ċar u distint l-opportunità li joġġezzjonaw, mingħajr ħlas u b’mod faċli, għal tali użu ta’ dettalji ta’ kuntatt elettroniku fil-ħin tal-ġbir tagħhom u fl-okkażjoni ta’ kull messaġġ fil-każ fejn il-klijent ma jkunx irrifjuta inizjalment tali użu. 3. L-Istati Membri għandhom miżuri xierqa biex jiżguraw illi, il-komunikazzjonijiet mhux mitluba għall-iskopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta, minbarra f’każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, ma jkunux permessi mingħajr il-kunsens tal-abbonati jew l-utenti konċernati jew fir-rigward ta’ abbonati jew utenti li ma jixtiqux jirċievu dawn il-komunikazzjonijiet, bl-għażla bejn dawn it-tnejn tiġi determinata mil-leġislazzjoni nazzjonali, b’kont meħud li ż-żewġ għażliet għandhom ikunu mingħajr ħlas għall-abbonat jew l-utent. 4. F’kull każ, il-prattika li tintbagħat posta elettronika għall-iskopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta li tiddissimula jew taħbi l-identità tal-mittent li f’ismu tkun saret il-komunikazzjoni, bi ksur tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/31/KE, mingħajr indirizz validu li r-riċevent jista’ jibgħatlu talba biex ma jirċevix tali komunikazzjonijiet, jew li tinkoraġġixxi lir-riċeventi jżuru websajts li jmorru kontra dak l-Artikolu, għandha tiġi pprojbita. 5. Il-paragrafi 1 u 3 għandhom jgħoddu għal abbonati li huma persuni naturali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll, fil-qafas tal-liġi Komunitarja u l-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli, li l-interessi leġittimi ta’ abbonati minbarra persuni naturali rigward komunikazzjonijiet mhux mitluba huma protetti b’mod suffiċjenti. 6. Bla ħsara għal kwalunkwe rimedju amministrattiv li għalih tista’ ssir dispożizzjoni, inter alia skont l-Artikolu 15a(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull persuna fiżika jew legali affettwata ħażin minn ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont dan l-Artikolu u li għaldaqstant għandha interess leġittimu fil-waqfien jew il-projbizzjoni ta’ tali ksur, inkluż fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika li jħares l-interessi kummerċjali leġittimi tiegħu, jista’ jieħu azzjoni legali kontra tali ksur. L-Istati Membri jistgħu wkoll jistabbilixxu regoli speċifiċi dwar pieni applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li bin-negliġenza tagħhom jikkontribwixxu għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati konformement ma’ dan l-Artikolu.
▼B
|
|
Artikolu 14 Karatterisitiċi tekniċi u standardizzazzjoni
|
Artikolu 14 Karatterisitiċi tekniċi u standardizzazzjoni 1. Fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, bla ħsara għall-paragrafi 2 u 3, l-ebda obbligazzjonijiet mandatorji għall-karatterisitiċi tekniċi speċifiċi ma jiġu imposti fuq tagħmir terminali jew ta' komunikazzjoni elettronika oħra, li jistgħu jimpedixxi t-tqegħid ta' tagħmir fis-suq u ċ-ċirkolazzjoni libera ta' tali tagħmir fi jew bejn l-Istati Membri. 2. Fejn id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jistgħu jiġu implimentati biss billi jenħtieġu karatteristiċi tekniċi speċifiċi fin-networks ta' komunikazzjoni elettroniċi, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni skond il-proċedura prevista fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-regolamenti tekniċi u dwar regoli dwar servizzi tas-soċjeta’ ta' l-informazzjoni (
9
). 3. Fejn meħtieġ, jistgħu jiġu adottati miżuri biex ikun żgurat li t-tagħmir terminali jinbena b'tali mod li huwa kompatibbli mad-dritt ta' l-utenti li jħarsu u jikkontrollaw l-użu tad-data personali tagħhom, skond id-Direttiva1999/5/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE tat-22 ta' Diċembru 1986 dwar l-istandardizzazzjoni fil-qasam tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjonijiet (
10
).
▼M2
|
|
Artikolu 14a Proċeduta tal-Kumitat
|
Artikolu 14a Proċeduta tal-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistia mill-Kumitat tal-Komunikazzjoni stabbilit mill-Artikolu 22 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Qafas). 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha. 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1), (2), (4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
▼B
|
|
Artikolu 15 Applikazzjoni ta' xi disposizzjonijet tad-Direttiva 95/46/KE
|
Artikolu 15 Applikazzjoni ta' xi disposizzjonijet tad-Direttiva 95/46/KE 1. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġislativi biex jirrestrinġu l-kamp ta' applikazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi previsti fl-Artikolu 5, l-Artikolu 6, l-Artikolu 8(1), (2), (3) u (4), u l-Artikolu 9 ta' din id- Direttiva meta tali restrizzjoni tikkostitwixxi miżura neċessarja, xierqa u proporzjonata f'soċjeta’ demokratika biex tiġi salvagwardjata s-sigurtà nazzjonali (i.e. is-sigurtà ta' l-Istat), id-difiża, is-sigurtà pubblika, u l-prevenzjoni, investigazzjoni, skoperta u prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew ta' użu mhux awtorizzat tas-sistema ta' komunikazzjoni elettronika, kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 95/46/KE. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri jistgħu, inter alia, jadottaw miżuri leġislativi li jipprovdu għaż-żamma ta' l-informazzjoni għal perjodu limitat iġġustifikat għarr-raġunijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu. Il-miżuri kollha msemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu skond il-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 6(1) u (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
▼M1
1a. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal data speċifikament meħtieġa mid-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar iż-żamma ta' data ġenerata jew proċessata b'konnessjoni mal-provvista ta' servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjoni elettronika jew ta' networks ta' komunikazzjoni pubblika (
11
) sabiex tinżamm għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) ta' dik id-Direttiva.
▼M2
1b. Il-fornituri għandhom jistabbilixxu proċeduri interni biex iwieġbu talbiet għal aċċess għad-data personali tal-utenti fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adotatti skont il-paragrafu 1. Għandhom jipprovdu lill-awtorità nazzjonali kompetenti, meta din titlobha, b’informazzjoni dwar dawn il-proċeduri, in-numru ta’ talbiet li jkunu waslu għandhom, il-ġustifikazzjoni legali invokata u r-risposti tagħhom.
▼B
2. Id-dispożizzjonijiet fil-Kaptilu III dwar rimedji ġudizzjarji, risponsabbilità u sanzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE għandhom jgħoddu fir-rigward ta' dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u fir-rigward tad-drittijiet individwali derivati minn din id-Direttiva. 3. Il-Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni ta' Individwi fl-Ipproċessar ta' Data Personali stabbilit mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE għandu wkoll iwettaq il-kompiti preskritti fl-Artikolu 30 ta' dik id-Direttiva fir-rigward ta' affarijiet koperti minn din id-Direttiva, jiġifieri l-protezzjoni ta' drittijiet u libertajiet fundamentali u ta' interessi leġittimi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.
▼M2
|
|
Artikolu 15a Implimentazzjoni u infurzar
|
Artikolu 15a Implimentazzjoni u infurzar 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli tal-penali, inklużi sanzjonijiet kriminali fejn xieraq, applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn ir-regoli jkunu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u diswassivi u jistgħu jkunu applikati biex ikopru l-perijodu ta’ kwalunkwe ksur, anke fejn sussegwentement il-ksur ikun ġie rettiffikat. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Mejju 2011 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li teffettwahom. 2. Mingħajr ħsara għal kwalunkwe soluzzjoni ġudizzjarja li tista’ tkun disponibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità nazzjonali kompetenti u, fejn rilevanti, korpi nazzjonali oħra jkollhom is-setgħa li jordnaw il-waqfien tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 1. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u, fejn rilevanti, korpi nazzjonali oħra jkollhom is-setgħat u r-riżorsi investigattivi kollha meħtieġa, inkluż is-setgħa li jiksbu kwalunkwe informazzjoni rilvanti li jistgħu jkunu jeħtieġu biex jissorveljaw u jinfurzaw id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva. 4. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali relevanti jistgħu jadottaw miżuri sabiex jiżguraw koperazzjoni effikaċi transkonfinali fl-infurzar tal-liġijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u toħloq kondizzjonijiet armonizzati għall-forniment ta’ servizzi li jinvolvu flussi transkonfinali tad-data. L-awtoritajiet regolatorji nazjonali għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fi żmien bikri biżżejjed qabel ma jadottaw dawn ir-rekwiżiti, b’sommarju tar-raġunijiet għall-azzjoni, il-miżuri mistennija u l-pjan ta’ azzjoni propost. Il-Kummissjoni tista', wara li tkun eżaminat din l-informazzjoni u wara li tkun ikkonsultat lill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Network u tal-Informazzjoni (ENISA) u lill-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Protezzjoni ta’ Individwi rigward l-Ipproċessar ta’ Data Personali mwaqqaf mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE, tagħmel kummenti u rakkomandazzjonijiet, b’mod partikolari biex tiżgura li l-miżuri previsti ma jaffettwawx ħażin it-tħaddim tas-suq intern. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont sħiħ tal-kummenti jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni meta jkunu qed jiddeċiedu dwar il-miżuri.
▼B
|
|
Artikolu 16 Arranġamenti tranżitorji
|
Artikolu 16 Arranġamenti tranżitorji 1. L-Artikolu 12 m' għandux jgħodd għal edizzjonijiet ta' direttorji diġa' prodotti jew imqiegħda fis-suq f'forma stampata jew elettronika offline qabel ma jidħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet nazzjonali skond din id-Direttiva. 2. Fejn id-data personali ta' abbonati għal servizzi pubbliċi fissi jew mobbli ta' telefonija bil-leħen ġew inklużi f'direttorju pubbliku ta' abbonati skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE, u l-Artikolu11 tad-Direttiva 97/66/KE qabel ma jidħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet nazzjonali skond din id-Direttiva, id-data personali ta' tali abbonati jistgħu jibqgħu inklużi f'dan id-direttorju pubbliku fil-forom stampati jew elettroniċi tiegħu, inklużi verżjonijiet bil-funzjoni ta' tfittxija b'lura, sakemm l-abbonati ma jindikawx mod ieħor, wara li jkunu rċevew informazzjoni sħiħa dwar l-iskopijiet u l-għażliet skond l-Artikolu 12 ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 17 Transpożizzjoni
|
Artikolu 17 Transpożizzjoni 1. Qabel il-31 ta' Ottubru 2003 L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id- Direttiva. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjata b'din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-riferenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri. 2. StatiMembri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva u ta' kull emenda sussegwenti għal dawk id-dispożizzjonijiet.
|
|
Artikolu 18 Reviżjoni
|
Artikolu 18 Reviżjoni Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 17(1), rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u l-impatt tagħha fuq operaturi ekomomiċi u fuq konsumaturi, partikolarment rigward id-dispożizzjonijiet dwar komunikazzjonijiet mhux soliċitati, waqt li jitqies l-ambjent internazzjoniali. Għal dan l-iskop il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni mill-Istati Membri, li għandha tingħata mingħajr dewmien mhux xieraq. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti biex tiġi emendata din id-Direttiva, waqt li jitqiesu ir-riżultati ta' dak ir-rapport, tibdiliet fis-settur u kull proposta oħra li jidhrilha neċessarja sabiex tittejjeb l-effettività ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 19 Tħassir
|
Artikolu 19 Tħassir Id-Direttiva 97/66/KE hija b'dan imħassra mid-data msemmija fl-Artikolu 17(1). Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala li qed isiru għal din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 20 Dħul fis-seħħ
|
Artikolu 20 Dħul fis-seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
|
|
Artikolu 21 Indirizzati
|
Artikolu 21 Indirizzati Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.12.2009 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0058
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|