|
+Artikolu 8 Preżentazzjoni u restrizzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ jew konnessa ---+Article 8 1. ---+Article 8 2. ---+Article 8 3. ---+Article 8 4. ---+Article 8 5. ---+Article 8 6. |
Artikolu 8 Preżentazzjoni u restrizzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ jew konnessaArtikolu 8 Preżentazzjoni u restrizzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ jew konnessa 1. Fejn tiġi offruta preżentazzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ, il-provditur tas-servizz għandu joffri lill-utent li qed isejjaħ il-possibilità, bl-użu ta' mezz sempliċi mingħajr ħlas, tal-prevenzjoni tal-preżentazzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ fuq bażi per-call. L-abbonat li jsejjaħ għandu jkollu din il-possibilità fuq bażi per-line. 2. Fejn tiġi offruta preżentazzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ, il-provditur tas-servizz għandu joffri lill-utent li qed jissejjaħ il-possibilità, bl-użu ta' mezz sempliċi mingħajr ħlas ghal użu raġonevoli ta' din il-funzjoni, li jipprevjeni l-preżentazzjoni ta' l-identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ ta' sejħiet li jkunu deħlin. 3. Fejn tiġi offruta preżentazzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ, u fejn l-identifikazzjoni tal-linja li qed issejjaħ tiġi ppreżentata qabel ma tiġi stabbilita s-sejħa, il-provditur tas-servizz għandu joffri lill-abbonat imsejjaħ il-possibilità, bl-użu ta' mezz sempliċi, li jiċħad is-sejħiet li deħlin fejn il-preżentazzjoni ta' l-identifikazzjoni tal-linja li qed issejjaħ tkun ġiet prevenuta mill-utent jew l-abbonat li qed isejjaħ. 4. Fejn tiġi offruta preżentazzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja konnessa, il-provditur tas-servizz għandu joffri lill-abbonat imsejjaħ il-possibilità, bl-użu ta' mezz sempliċi mingħajr ħlas, li jipprevjeni l-preżentazzjoni ta' l-identifikazzjoni tal-linja konnessa lill-utent li qed isejjaħ. 5. Il-paragrafu 1 għandu jgħodd ukoll rigward sejħiet lil pajjiżi terzi li joriġinaw fil-Komunità. Il-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom jgħoddu wkoll għal sejħiet li deħlin li joriġinaw f'pajjiżi terzi. 6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn tiġi offruta preżentazzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ u/jew konnessa, il-provdituri tas-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament jinfurmaw lill-pubbliku dwar dan u dwar il-possibiltajiet stabbiliti fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|