|
+Artikolu 15a Implimentazzjoni u infurzar ---+Article 15a 1. ---+Article 15a 2. ---+Article 15a 3. ---+Article 15a 4. |
Artikolu 15a Implimentazzjoni u infurzarArtikolu 15a Implimentazzjoni u infurzar 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli tal-penali, inklużi sanzjonijiet kriminali fejn xieraq, applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn ir-regoli jkunu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u diswassivi u jistgħu jkunu applikati biex ikopru l-perijodu ta’ kwalunkwe ksur, anke fejn sussegwentement il-ksur ikun ġie rettiffikat. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Mejju 2011 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li teffettwahom. 2. Mingħajr ħsara għal kwalunkwe soluzzjoni ġudizzjarja li tista’ tkun disponibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità nazzjonali kompetenti u, fejn rilevanti, korpi nazzjonali oħra jkollhom is-setgħa li jordnaw il-waqfien tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 1. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u, fejn rilevanti, korpi nazzjonali oħra jkollhom is-setgħat u r-riżorsi investigattivi kollha meħtieġa, inkluż is-setgħa li jiksbu kwalunkwe informazzjoni rilvanti li jistgħu jkunu jeħtieġu biex jissorveljaw u jinfurzaw id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva. 4. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali relevanti jistgħu jadottaw miżuri sabiex jiżguraw koperazzjoni effikaċi transkonfinali fl-infurzar tal-liġijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u toħloq kondizzjonijiet armonizzati għall-forniment ta’ servizzi li jinvolvu flussi transkonfinali tad-data. L-awtoritajiet regolatorji nazjonali għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fi żmien bikri biżżejjed qabel ma jadottaw dawn ir-rekwiżiti, b’sommarju tar-raġunijiet għall-azzjoni, il-miżuri mistennija u l-pjan ta’ azzjoni propost. Il-Kummissjoni tista', wara li tkun eżaminat din l-informazzjoni u wara li tkun ikkonsultat lill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Network u tal-Informazzjoni (ENISA) u lill-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Protezzjoni ta’ Individwi rigward l-Ipproċessar ta’ Data Personali mwaqqaf mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE, tagħmel kummenti u rakkomandazzjonijiet, b’mod partikolari biex tiżgura li l-miżuri previsti ma jaffettwawx ħażin it-tħaddim tas-suq intern. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont sħiħ tal-kummenti jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni meta jkunu qed jiddeċiedu dwar il-miżuri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|