4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 346 TFUE, informazzjoni li hija kunfidenzjali skont ir-regoli tal-Unjoni jew dawk nazzjonali, bħar-regoli dwar il-kunfidenzjalità tan-negozju, għandha tiġi skambjata mal-Kummissjoni u ma' awtoritajiet rilevanti oħra f'konformita' ma' din id-Direttiva biss meta dak l-iskambju jkun meħtieġ għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-informazzjoni skambjata għandha tkun limitata għal dik li hija rilevanti u proporzjonata għall-fini ta' dak l-iskambju. L-iskambju ta' informazzjoni għandu jżomm il-kunfidenzjalità ta' dik l-informazzjoni u l-interessi tal-entitajiet kritiċi f'dak li jirrigwarda s-sigurtà u l-kummerċ, filwaqt li jirrispetta s-sigurtà tal-Istati Membri.