+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 1 1
---+Artikolu 1 2
---+Artikolu 1 3
---+Artikolu 1 4
---+Artikolu 1 5
---+Artikolu 1 6
---+Artikolu 1 7
---+Artikolu 1 8
---+Artikolu 1 9

Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1

1.   Din id-Direttiva:

(a)

tistabbilixxi obbligi fuq l-Istati Membri biex jieħdu miżuri speċifiċi bil-għan li jiżguraw li servizzi li huma essenzjali għaż-żamma ta' funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi essenzjali, fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 114 TFUE huma pprovduti mingħajr tfixkil fis-suq intern, b'mod partikolari obbligi biex jidentifikaw l-entitajiet kritiċi u biex jappoġġaw entitajiet kritiċi sabiex jissodisfaw l-obbligi imposti fuqhom;

(b)

tistabbilixxi obbligi għall-entitajiet kritiċi bil-għan li jsaħħu r-reżiljenza tagħhom u l-kapaċità tagħhom li jipprovdu servizzi kif imsemmija fil-punt (a) fis-suq intern;

(c)

tistabbilixxi regoli:

(i)

dwar is-superviżjoni ta' entitajiet kritiċi;

(ii)

dwar l-infurzar;

(iii)

għall-identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi ta' sinifikat Ewropew partikolari u dwar missjonijiet konsultattivi sabiex tivvaluta l-miżuri li tali entitajiet stabbilixxew biex jissodifaw l-obbligi tagħhom skont il-Kapitolu III;

(d)

tistabbilixxi proċeduri komuni għall-kooperazzjoni u r-rappurtar dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva;

(e)

tistabbilixxi miżuri bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta' reżiljenza tal-entitajiet kritiċi sabiex jiġi żgurat il-forniment ta' servizzi essenzjali fl-Unjoni u biex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern.

Artikolu 1 2

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kwistjonijiet koperti mid-Direttiva (UE) 2022/2555, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva. Fid-dawl tar-relazzjoni bejn is-sigurtà fiżika u ċ-ċibersigurtà ta' entitajiet kritiċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-Direttiva u d-Direttiva (UE) 2022/2555 huma implimentati b'manjiera kkoordinata.

Artikolu 1 3

3.   Fejn dispożizzjonijiet ta' atti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur jirrikjedu li l-entitajiet kritiċi jieħdu miżuri biex isaħħu r-reżiljenza tagħhom u fejn dawk ir-rekwiżiti jkunu rikonoxxuti mill-Istati Membri bħala tal-inqas ekwivalenti għall-obbligi korrispondenti stabbiliti f'din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva, inkluż id-dispożizzjonijiet dwar is-superviżjoni u l-infurzar stabbiliti fil-Kapitolu VI, ma għandhomx japplikaw.

Artikolu 1 4

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 346 TFUE, informazzjoni li hija kunfidenzjali skont ir-regoli tal-Unjoni jew dawk nazzjonali, bħar-regoli dwar il-kunfidenzjalità tan-negozju, għandha tiġi skambjata mal-Kummissjoni u ma' awtoritajiet rilevanti oħra f'konformita' ma' din id-Direttiva biss meta dak l-iskambju jkun meħtieġ għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-informazzjoni skambjata għandha tkun limitata għal dik li hija rilevanti u proporzjonata għall-fini ta' dak l-iskambju. L-iskambju ta' informazzjoni għandu jżomm il-kunfidenzjalità ta' dik l-informazzjoni u l-interessi tal-entitajiet kritiċi f'dak li jirrigwarda s-sigurtà u l-kummerċ, filwaqt li jirrispetta s-sigurtà tal-Istati Membri.

Artikolu 1 5

5.   Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati Membri għas-salvagwardja tas-sigurtà u d-difiża nazzjonali u s-setgħa tagħhom li jissalvagwardjaw funzjonijiet tal-Istat essenzjali oħra, inkluż l-iżgurar tal-integrità territorjali tal-Istat u ż-żamma tal-ordni pubbliku.

Artikolu 1 6

6.   Din id-Direttiva ma tapplikax għall-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika li jwettqu l-attivitajiet tagħhom fl-oqsma tas-sigurtà nazzjonali, tas-sigurtà pubblika, tad-difiża jew tal-infurzar tal-liġi, inkluż l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali.

Artikolu 1 7

7.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-Artikolu 11 u l-Kapitoli III, IV u VI, kompletament jew parzjalment, ma japplikawx għal entitajiet kritiċi speċifiċi li jwettqu attivitajiet fl-oqsma tas-sigurtà nazzjonali, tas-sigurtà pubblika, tad-difiża jew l-infurzar tal-liġi, inkluż l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, jew li jipprovdu servizzi esklużivament lill-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 1 8

8.   L-obbligi stipulati f'din id-Direttiva ma għandhomx jinvolvu l-forniment ta' informazzjoni li d-divulgazzjoni tagħha tkun tmur kontra l-interessi essenzjali tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika jew id-difiża.

Artikolu 1 9

9.   Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2557
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.