4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom taħt din id-Direttiva jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti taħt id-Direttiva (UE) 2022/2555 bl-identità tal-entitajiet kritiċi li huma identifikaw skont dan l-Artikolu fi żmien xahar minn dik l-identifikazzjoni. Dik in-notifika għandha tispeċifika, fejn applikabbli, li l-entitajiet kritiċi kkonċernati huma entitajiet fis-setturi stabbiliti fil-punti 3, 4 u 8 tat-tabella fl-Anness għal din id-Direttiva u li ma għandhom l-ebda obbligu taħt il-Kapitoli III u IV tagħha.