+Artikolu 6 Identifikazzjoni tal-entitajiet kritiċi
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5
---+Artikolu 6 6
|
Artikolu 6 Identifikazzjoni tal-entitajiet kritiċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1
|
1. Sas-17 ta’ Lulju 2026, kull Stat Membru għandu jidentifika l-entitajiet kritiċi għas-setturi u s-sottosetturi stabbiliti fl-Anness.
|
|
Artikolu 6 2
|
2. Meta Stat Membru jidentifika entitajiet kritiċi skont il-paragrafu 1, huwa għandu jqis ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tal-Istat Membru tiegħu u l-istrateġija tiegħu u għandu japplika l-kriterji kollha li ġejjin:
|
(a)
|
l-entità tipprovdi servizz essenzjali wieħed jew aktar;
|
|
(b)
|
l-entità topera, u l-infrastruttura kritika tagħha tinsab, fit-territorju ta' dak l-Istat Membru; u
|
|
(c)
|
inċident ikollu effetti ta' tfixkil sinifikanti, kif determinat f'konformità mal-Artikolu 7(1), fuq il-forniment mill-entita' ta' servizz essenzjali, wieħed jew aktar jew fuq il-forniment ta' servizzi essenzjali oħra fis-setturi stabbiliti fl-Anness li jiddependu fuq dak jew dawk is-servizzi essenzjali.
|
|
|
Artikolu 6 3
|
3. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi lista tal-entitajiet kritiċi identifikati skont il-paragrafu 2 u jiżgura li dawk l-entitajiet kritiċi jiġu nnotifikati li huma ġew identifikati bħala entitajiet kritiċi fi żmien xahar minn dik l-identifikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinformaw lil dawk l-entitajiet kritiċi bl-obbligi tagħhom taħt il-Kapitoli III u IV u bid-data minn meta dawk l-obbligi japplikaw għalihom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-entitajiet kritiċi fis-setturi stabbiliti fil-punti 3, 4 u 8 tat-tabella fl-Anness li huma ma għandhom l-ebda obbligu taħt il-Kapitoli III u IV, sakemm miżuri nazzjonali ma jipprevedux mod ieħor.
Għall-entitajiet kritiċi kkonċernati, Kapitolu III għandu japplika minn 10 xhur wara d-data tan-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 6 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom taħt din id-Direttiva jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti taħt id-Direttiva (UE) 2022/2555 bl-identità tal-entitajiet kritiċi li huma identifikaw skont dan l-Artikolu fi żmien xahar minn dik l-identifikazzjoni. Dik in-notifika għandha tispeċifika, fejn applikabbli, li l-entitajiet kritiċi kkonċernati huma entitajiet fis-setturi stabbiliti fil-punti 3, 4 u 8 tat-tabella fl-Anness għal din id-Direttiva u li ma għandhom l-ebda obbligu taħt il-Kapitoli III u IV tagħha.
|
|
Artikolu 6 5
|
5. L-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ u fi kwalunkwe każ mill-inqas kull erba' snin, jirrieżaminaw u, fejn xieraq, jaġġornaw il-lista tal-entitajiet kritiċi identifikati msemmija fil-paragrafu 3. Fejn dawk l-aġġornamenti jwasslu għall-identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi addizzjonali, għandhom japplikaw il-paragrafi 3 u 4 għal dawk l-entitajiet kritiċi addizzjonali. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet li ma jkunux għadhom identifikati bħala entitajiet kritiċi wara kwalunkwe tali aġġornament jiġu nnotifikati fi żmien debitu b'dak il-fatt u bil-fatt li ma għadhomx soġġetti għall-obbligi taħt il-Kapitolu III mid-data tal-wasla ta' dik in-notifika.
|
|
Artikolu 6 6
|
6. Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiżviluppa rakkomandazzjonijiet u linji gwida mhux vinkolanti biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2557
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|