7. Fi żmien tliet xhur mill-ħatra jew stabbiliment tal-awtorita' kompetenti u tal-punt uniku ta' kuntatt, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-identita' tagħhom u bil- kompiti u r-responsabbiltajiet tagħhom skont din id-Direttiva, id-dettalji ta' kuntatt tagħhom u kwalunkwe bidla sussegwenti fihom. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, fejn huma jiddeċiedu li jaħtru awtorita' oħra minbarra l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, bħala l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-entitajiet kritiċi fis-setturi stabbiliti fil-punti 3, 4 u 8 tat-tabella fl-Anness. Kull Stat Membru għandu jippubblika l-identita' tal-awtorità kompetenti tiegħu u tal-punt uniku ta' kuntatt tiegħu.