+Artikolu 9 Awtoritajiet kompetenti u l-punt uniku ta' kuntatt
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3
---+Artikolu 9 4
---+Artikolu 9 5
---+Artikolu 9 6
---+Artikolu 9 7
---+Artikolu 9 8

Artikolu 9 Awtoritajiet kompetenti u l-punt uniku ta' kuntatt

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar jew jistabbilixxi awtorità kompetenti jew aktar minn waħda responsabbli għall-applikazzjoni korretta u, fejn meħtieġ, għall-infurzar tar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva fil-livell nazzjonali.

Fir-rigward tal-entitajiet kritiċi fis-setturi stabbiliti fil-punti 3 u 4 tat-tabella fl-Anness għal din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fil-prinċipju, ikunu l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2022/2554. Fir-rigward tal-entitajiet kritiċi fis-settur stabbilit fil-punt 8 tat-tabella fl-Anness għal din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fil-prinċipju, ikunu l-awtoritajiet kompetenti taħt id-Direttiva (UE) 2022/2555. L-Istati Membri jistgħu jaħtru awtorità kompetenti differenti għas-setturi stabbiliti fil-punti 3, 4 u 8 tat-tabella fl-Anness għal din id-Direttiva f'konformità mal-oqfsa nazzjonali eżistenti.

Fejn jaħtru jew jistabbilixxu aktar minn awtorità kompetenti waħda, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu b'mod ċar il-kompiti ta' kull waħda mill-awtoritajiet ikkonċernati u jiżguraw li dawn jikkooperaw b'mod effettiv biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont din id-Direttiva, anki fir-rigward tad-deżinjazzjoni u tal-attivitajiet tal-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fil-paragrafu 2.

Artikolu 9 2

2.   Kull Stat Membru għandu jaħtar jew jistabbilixxi punt uniku ta' kuntatt wieħed biex jeżerċita funzjoni ta' kollegament sabiex jiżgura l-kooperazzjoni transfruntiera mal-punti uniċi ta' kuntatt ta' Stati Membri oħra u mal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi msemmi fl-Artikolu 19 ("punt uniku ta' kuntatt"). Fejn rilevanti, Stat Membru għandu jaħtar il-punt uniku ta' kuntatt tiegħu fi ħdan awtorita' kompetenti. Fejn rilevanti, Stat Membru jista' jipprovdi li l-punt uniku ta' kuntatt tiegħu jeżerċita wkoll funzjoni ta' kollegament mal-Kummissjoni u jiżgura kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi.

Artikolu 9 3

3.   Sas-17 ta’ Lulju 2028, u kull sentejn minn hemm 'il quddiem, il-punti uniċi ta' kuntatt għandhom jippreżentaw rapport sommarju lill-Kummissjoni u lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi msemmi fl-Artikolu 19 dwar in-notifiki li huma rċevew, inkluż l-għadd ta' notifiki, in-natura tal-inċidenti notifikati u l-azzjonijiet meħuda f'konformità mal-Artikolu 15(3).

Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi, tiżviluppa mudell komuni ta' rapportar. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw, fuq bażi volontarja, dak il-mudell komuni ta' rapportar għall-fini tal-preżentazzjoni ta' rapporti fil-qosor kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 9 4

4.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti tiegħu u l-punt uniku ta' kuntatt ikollhom is-setgħat u r-riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi adegwati biex iwettqu, b'mod effettiv u effiċjenti, il-kompiti assenjati lilhom.

Artikolu 9 5

5.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorita' kompetenti tiegħu, kull meta jkun xieraq, u f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u ma' dik nazzjonali, tikkonsulta u tikkoopera ma' awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra, inkluż dawk inkarigati mill-protezzjoni ċivili, l-infurzar tal-liġi u l-protezzjoni tad-data personali u ma' entitajiet kritiċi u partijiet interessati rilevanti.

Artikolu 9 6

6.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorita' kompetenti tiegħu taħt din id-Direttiva tikkoopera u tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti taħt id-Direttiva (UE) 2022/2555 dwar ir-riskji ta' ċibersigurtà, theddid ċibernetiku u inċidenti ċibernetiċi u riskji, theddid u inċidenti barra ċ-ċiberspazju li jaffettwaw entitajiet kritiċi, inkluż fir-rigward ta' miżuri rilevanti meħuda mill-awtorita' kompetenti u mill-awtoritajiet kompetenti tagħha taħt id-Direttiva (UE) 2022/2555.

Artikolu 9 7

7.   Fi żmien tliet xhur mill-ħatra jew stabbiliment tal-awtorita' kompetenti u tal-punt uniku ta' kuntatt, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-identita' tagħhom u bil- kompiti u r-responsabbiltajiet tagħhom skont din id-Direttiva, id-dettalji ta' kuntatt tagħhom u kwalunkwe bidla sussegwenti fihom. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, fejn huma jiddeċiedu li jaħtru awtorita' oħra minbarra l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, bħala l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-entitajiet kritiċi fis-setturi stabbiliti fil-punti 3, 4 u 8 tat-tabella fl-Anness. Kull Stat Membru għandu jippubblika l-identita' tal-awtorità kompetenti tiegħu u tal-punt uniku ta' kuntatt tiegħu.

Artikolu 9 8

8.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel lista tal-punti uniċi ta' kuntatt disponibbli għall-pubbliku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2557
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.