2. Talbiet kif imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu vvalutati fi skeda ta' żmien raġonevoli u pproċessati f'konformità mal-liġi u l-proċeduri nazzjonali u mal-liġi rilevanti u applikabbli tal-Unjoni, inkluż ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37). Kontrolli tal-isfond għandhom ikunu proporzjonati u strettament limitati għal dak li huwa meħtieġ. Dawn għandhom jitwettqu għall-iskop uniku li jiġi evalwat riskju potenzjali għas-sigurtà għall-entità kritika kkonċernata.