+Artikolu 14 Kontrolli tal-isfond
---+Artikolu 14 1
---+Artikolu 14 2
---+Artikolu 14 3
|
Artikolu 14 Kontrolli tal-isfond
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li skonthom l-entita' kritika għandha l-permess, f'każijiet debitament motivati u filwaqt li jqisu l-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istat Membru,, tippreżenta talbiet għal kontrolli tal-isfond fuq persuni li:
|
(a)
|
ikollhom rwoli sensittivi fl-entità kritika jew għall-benefiċċju tagħha, b'mod partikolari fir-rigward tar-reżiljenza tal-entità kritika;
|
|
(b)
|
huma awtorizzati sabiex ikollhom aċċess dirett jew remot għall-bini, l-informazzjoni jew is-sistemi ta' kontroll tagħhom, inkluż b'rabta mas-sigurtà tal-entità kritika;
|
|
(c)
|
ikunu qed jitqiesu għal reklutaġġ għal pożizzjonijiet taħt il-kriterji stabbiliti fil-punt (a) jew (b).
|
|
|
Artikolu 14 2
|
2. Talbiet kif imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu vvalutati fi skeda ta' żmien raġonevoli u pproċessati f'konformità mal-liġi u l-proċeduri nazzjonali u mal-liġi rilevanti u applikabbli tal-Unjoni, inkluż ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37). Kontrolli tal-isfond għandhom ikunu proporzjonati u strettament limitati għal dak li huwa meħtieġ. Dawn għandhom jitwettqu għall-iskop uniku li jiġi evalwat riskju potenzjali għas-sigurtà għall-entità kritika kkonċernata.
|
|
Artikolu 14 3
|
3. Kontroll tal-isfond kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu, mill-anqas:
|
(a)
|
jikkorrobora l-identità tal-persuna li huwa s-soġġett tal-kontroll tal-isfond;
|
|
(b)
|
jikkontrolla r-rekords kriminali ta' dik il-persuna fir-rigward ta' reati li jistgħu jkunu rilevanti għal pożizzjoni speċifika.
|
Meta jkunu qegħdin iwettqu kontrolli tal-isfond, l-Istati Membri għandhom, jużaw is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali f'konformità mal-proċeduri stipulati fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI u, fejn rilevanti u applikabbli, ir-Regolament (UE) 2019/816 għall-fini li jiksbu l-informazzjoni minn rekords kriminali minn Stati Membri oħra. L-awtoritajiet ċentrali msemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI u fl-Artikolu 3, il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2019/816 għandhom jagħtu tweġibiet għal talbiet għal tali informazzjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data li fiha tkun waslet it-talba f'konformità mal-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2557
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|