3. Fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi, abbażi tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, li l-entità kritika kkonċernata tipprovdi servizzi essenzjali lil sitt Stati Membri jew aktar, jew f'sitt Stati Membri jew aktar, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lil dik l-entità kritika, permezz tal-awtorità kompetenti tagħha, li hija meqjusa bħala entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari u tinforma lil dik l-entità kritika dwar l-obbligi tagħha skont dan il-Kapitolu u d-data li minnha dawk l-obbligi japplikaw għaliha. Ladarba l-Kummissjoni tinforma lill-awtorità kompetenti dwar id-deċiżjoni tagħha li tikkunsidra entità kritika bħala entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari, l-awtorità kompetenti għandha tibgħat dik in-notifika lil dik l-entità kritika mingħajr dewmien żejjed.