+Artikolu 17 Identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi ta' sinifikat Ewropew partikolari
---+Artikolu 17 1
---+Artikolu 17 2
---+Artikolu 17 3
---+Artikolu 17 4

Artikolu 17 Identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi ta' sinifikat Ewropew partikolari

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1

1.   Entità għandha titqies bħala entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari meta tkun:

(a)

ġiet identifikata bħala entità kritika skont l-Artikolu 6(1);

(b)

tipprovdi l-istess servizzi essenzjali jew servizzi simili lil jew f'sitt Stati Membri jew aktar; u

(c)

ġiet innotifikata skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 17 2

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li entità kritika, wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 6(3), tinforma lill-awtorità kompetenti tagħha meta tipprovdi servizzi essenzjali lil jew f'sitt Stati Membri jew aktar. F'tali każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entita' kritika tinforma lill-awtorita' kompetenti tagħha dwar is-servizzi essenzjali li hija tipprovdi lill-Istati Membri jew fihom u dwar l-Istati Membri li lilhom jew li fihom hija tipprovdi tali servizzi essenzjali. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed, dwar l-identita' ta' tali entitajiet kritiċi u dwar l-informazzjoni li huma jipprovdu taħt dan il-paragrafu.

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-awtorita' kompetenti tal-Istat Membru li identifika entità kritika kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-awtorita' kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati u l-entità kritika inkwistjoni. Waqt dawk il-konsultazzjonijiet, kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni fejn huwa jqis li s-servizzi pprovduti lil dak l-Istat Membru mill-entità kritika huma servizzi essenzjali.

Artikolu 17 3

3.   Fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi, abbażi tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, li l-entità kritika kkonċernata tipprovdi servizzi essenzjali lil sitt Stati Membri jew aktar, jew f'sitt Stati Membri jew aktar, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lil dik l-entità kritika, permezz tal-awtorità kompetenti tagħha, li hija meqjusa bħala entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari u tinforma lil dik l-entità kritika dwar l-obbligi tagħha skont dan il-Kapitolu u d-data li minnha dawk l-obbligi japplikaw għaliha. Ladarba l-Kummissjoni tinforma lill-awtorità kompetenti dwar id-deċiżjoni tagħha li tikkunsidra entità kritika bħala entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari, l-awtorità kompetenti għandha tibgħat dik in-notifika lil dik l-entità kritika mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 17 4

4.   Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari kkonċernata mid-data tal-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2557
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.