2. Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni li jkollhom fil-pussess tagħhom approvazzjoni tas-sigurtà, fejn xieraq. Fejn rilevanti biex iwettaq il-kompiti tiegħu, il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi jista' jistieden lill-partijiet ikkonċernati biex jipparteċipaw fil-ħidma tiegħu. Fejn ikun mitlub mill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni tista' tistieden lill-esperti mill-Parlament Ewropew biex jattendu l-laqgħat tal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi.
Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippresiedi l-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi.