+Artikolu 19 Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi
---+Artikolu 19 1
---+Artikolu 19 2
---+Artikolu 19 3
---+Artikolu 19 4
---+Artikolu 19 5
---+Artikolu 19 6
---+Artikolu 19 7
|
Artikolu 19 Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1
|
1. B’dan qed jiġi stabbilit Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi. Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu jappoġġa lill-Kummissjoni u jiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u l-iskambju tal-informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati ma' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 19 2
|
2. Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni li jkollhom fil-pussess tagħhom approvazzjoni tas-sigurtà, fejn xieraq. Fejn rilevanti biex iwettaq il-kompiti tiegħu, il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi jista' jistieden lill-partijiet ikkonċernati biex jipparteċipaw fil-ħidma tiegħu. Fejn ikun mitlub mill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni tista' tistieden lill-esperti mill-Parlament Ewropew biex jattendu l-laqgħat tal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi.
Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippresiedi l-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi.
|
|
Artikolu 19 3
|
3. Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:
|
(a)
|
jappoġġa lill-Kummissjoni fl-assistenza tagħha lill-Istati Membri fit-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom biex jikkontribwixxu għall-iżgurar tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi skont din id-Direttiva;
|
|
(b)
|
janalizza l-istrateġiji sabiex jidentifika l-aħjar prattiki fir-rigward tal-istrateġiji;
|
|
(c)
|
jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(1), inkluż fir-rigward ta' dipendenzi transfruntieri u transsettorjali u fir-rigward tar-riskji u l-inċidenti;
|
|
(d)
|
fejn xieraq, jikkontribwixxi għal kwistjonijiet relatati ma' din id-Direttiva għal dokumenti li jikkonċernaw ir-reżiljenza fil-livell tal-Unjoni;
|
|
(e)
|
jikkontribwixxi għat-tħejjija tal-linji gwida msemmija fl-Artikoli 7(3) u fl-Artikolu 13(5) u, fuq talba, kwalunkwe att delegat jew ta' implimentazzjoni adottat skont din id-Direttiva;
|
|
(f)
|
janalizza r-rapporti sommarji msemmija fl-Artikolu 9(3) bil-ħsieb li tiġi promossa l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki dwar l-azzjoni meħuda f'konformità mal-Artikolu 15(3);
|
|
(g)
|
jiskambja l-aħjar prattiki relatata man-notifika ta' inċidenti msemmija fl-Artikolu 15;
|
|
(h)
|
jiddiskuti r-rapporti sommarji ta' missjonijiet konsultattivi u t-tagħlimiet meħuda f'konformità mal-Artikolu 18(10);
|
|
(i)
|
jiskambja informazzjoni u l-aħjar prattiki dwar l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp relatati mar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi f'konformità ma' din id-Direttiva;
|
|
(j)
|
fejn rilevanti, jiskambja informazzjoni dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi mal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi rilevanti tal-Unjoni.
|
|
|
Artikolu 19 4
|
4. Sas-17 ta’ Jannar 2025 u kull sentejn warajha, il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu jistabbilixxi programm ta' ħidma fir-rigward ta' azzjonijiet li għandhom jitwettqu biex jiġu implimentati l-objettivi u l-kompiti. Dak il-programm ta' ħidma għandu jkun konsistenti mar-rekwiżiti u l-objettivi ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 19 5
|
5. Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu jiltaqa' fuq bażi regolari u fi kwalunkwe każ mill-inqas darba fis-sena mal-Grupp ta' Kooperazzjoni stabbilit skont id-Direttiva (UE) 2022/2555 biex jippromwovi u jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni.
|
|
Artikolu 19 6
|
6. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti proċedurali meħtieġa għall-funzjonament tal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi, b'osservanza tal-Artikolu 1(4). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).
|
|
Artikolu 19 7
|
7. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi b'rapport sommarju tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikoli 4(3) u 5(4) sas-17 ta’ Jannar 2027, kull meta jkun meħtieġ sussegwentement, u mill-inqas kull erba' snin.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2557
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|