3. Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jimponu penali f'konformità mal-Artikolu 22, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, wara l-azzjonijiet superviżorji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew wara l-valutazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jordnaw lill-entitajiet kritiċi kkonċernati jieħdu l-miżuri meħtieġa u proporzjonati biex jirrimedjaw għal kwalunkwe ksur identifikat ta' din id-Direttiva, f'limitu ta' żmien raġonevoli stabbilit minn dawk l-awtoritajiet, u biex jipprovdu lil dawk l-awtoritajiet bl-informazzjoni dwar il-miżuri li ttieħdu. Dawk l-ordnijiet għandhom iqisu, b'mod partikolari, is-serjetà tal-ksur.