+Artikolu 21 Superviżjoni u infurzar
---+Artikolu 21 1
---+Artikolu 21 2
---+Artikolu 21 3
---+Artikolu 21 4
---+Artikolu 21 5
|
Artikolu 21 Superviżjoni u infurzar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1
|
1. Sabiex tiġi vvalutata l-konformità tal-entitajiet identifikati mill-Istati Membri bħala entitajiet kritiċi skont l-Artikolu 6(1) mal-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Mhuma għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat u l-mezzi biex:
|
(a)
|
iwettqu spezzjonijiet fuq il-post tal-infrastruttura kritika u l-bini li l-entità kritika tuża biex tipprovdi s-servizzi essenzjali tagħha, u superviżjoni mhux fuq il-post tal-miżuri meħuda mill-entitajiet kritiċi skont l-Artikolu 13;
|
|
(b)
|
iwettqu jew jordnaw awditi fir-rigward tal-entitajiet kritiċi.
|
|
|
Artikolu 21 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat u l-mezzi li jirrikjedu, fejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont din id-Direttiva, li l-entitajiet skont id-Direttiva (UE) 2022/2555 li l-Istati Membri identifikaw bħala entitajiet kritiċi taħt din id-Direttiva jipprovdu, f'limitu ta' żmien raġonevoli stabbilit minn dawk l-awtoritajiet:
|
(a)
|
l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi vvalutat jekk il-miżuri meħuda minn dawk l-entitajiet biex tiġi żgurata r-reżiljenza tagħhom jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13;
|
|
(b)
|
evidenza tal-implimentazzjoni effettiva ta' dawk il-miżuri, inkluż ir-riżultati ta' awditu mwettaq minn awditur indipendenti u kkwalifikat magħżul minn dik l-entità u mwettaq għal spejjeż tiegħu.
|
Meta jitolbu dik l-informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddikjaraw l-iskop tar-rekwiżit u jispeċifikaw l-informazzjoni meħtieġa.
|
|
Artikolu 21 3
|
3. Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jimponu penali f'konformità mal-Artikolu 22, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, wara l-azzjonijiet superviżorji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew wara l-valutazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jordnaw lill-entitajiet kritiċi kkonċernati jieħdu l-miżuri meħtieġa u proporzjonati biex jirrimedjaw għal kwalunkwe ksur identifikat ta' din id-Direttiva, f'limitu ta' żmien raġonevoli stabbilit minn dawk l-awtoritajiet, u biex jipprovdu lil dawk l-awtoritajiet bl-informazzjoni dwar il-miżuri li ttieħdu. Dawk l-ordnijiet għandhom iqisu, b'mod partikolari, is-serjetà tal-ksur.
|
|
Artikolu 21 4
|
4. L-Istat Membru għandu jiżgura li s-setgħat previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3 jkunu jistgħu jiġu eżerċitati biss soġġetti għal salvagwardji xierqa. Dawk is-salvagwardji għandhom jiggarantixxu, b'mod partikolari, li tali eżerċizzju jseħħ b'mod oġġettiv, trasparenti u proporzjonat, u li d-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-entitajiet kritiċi milquta, bħall-protezzjoni ta' sigrieti kummerċjali u tan-negozju, ikunu salvagwardjati kif xieraq, inkluż id-dritt li jinstemgħu, id-dritt ta' difiża u d-dritt ta' rimedju effettiv quddiem qorti indipendenti.
|
|
Artikolu 21 5
|
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn awtorità kompetenti taħt din id-Direttiva tivvaluta l-konformità ta' entità kritika skont dan l-Artikolu, dik l-awtorita' kompetenti tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva (UE) 2022/2555.Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritjiet kompetenti taħt din id-Direttiva jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti taħt id-Direttiva (UE) 2022/2555 biex jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u ta' infurzar tagħhom b'rabta ma' entità skont dik id-Direttiva li kienet ġiet identifikata bħala entita' kritika skont din id-Direttiva. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti taħt din id-Direttiva jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni ma' dawk l-awtoritajiet kompetenti taħt id-Direttiva (UE) 2022/2555.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2557
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|